Reference: 1880/2000/1

Judgement Details


Date
08/05/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
S MIFSUD & SONS LIMITED vs THE CARGO HANDLING COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
L ARTIKOLU 65 TAL KAP 352 - RESPONSABBILTA TAL MERKANZIJA
Summary
L-Artikolu 65 tal-Kap. 352 jghid hekk:

“Minkejja d-disposizjonijiet ta' kull ligi ohra, ma tista' tittiehed ebda azzjoni kontra l-Awtorita' jew kuntrattur dwar ir-resposnsabbilita' taghhom tahtdan l-Att, jew ghal xi telf jew hsara li ssir lil xi persuna, bastiment, oggetti, vetturi jew hwejjeg ohra huma x' inhuma abbord bastiment kemm-il darba:

(a) talba bil-miktub, li taghti dawk il-partikolaritajiet li jistghu jkunu b' mod xieraq mehtiega, ma tinghatax lill-Awtorita' jew lill-kuntrattur, skond il-kaz, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data li fiha l-oggetti kienu accettati mill-Awtorita' jew mill-kuntrattur;

(b) l-azzjoni ma tinbediex fi zmien tnax-il xahar mill-imsemmija data;

Izda l-Awtorita` jew il-kuntrattur, skond il-kaz, jista' jestendi z-zmien specifikat fil-paragrafu (a) ta' dan l-artikolu b'dak iz-zmien l-iehor ta' mhux izjed minn sitt xhur li jidhrilha xieraq jekk tkun sodisfatta li t-talba ma setghetx issir b'mod xieraq fiz-zmien specifikat kif intqal qabel;

Izda wkoll l-Awtorita' jew il-kuntrattur, skond il-kaz, ma jkunux responsabbli ghal aktar mil-limiti jew mill-ammonti stabbiliti b'ligi, jew f'dawk ic-cirkustanzi li jistghu jkunu preskritti.”

Ir-responsabbilta` ghall-merkanzija u dak li jirrizulta minnha meta l-merkanzija tkun ghadha abbord bastiment hija f' idejn l-armaturi tal-bastiment u b' ebda mod ma tista' tkunl-Awtorita` Marittima jew il-kuntrattur.

Is-socjeta` appellanti qieghedha tiddistingwi bejn il-hsarat propji u s-survey fees inkorsi minnha pero` din il-Qorti thoss li l-Legislatur kien hassil-htiega li f' relazzjonijiet bhal dawk in ezami huwa necessarju li l-kwistjonijiet jigu rizolti fi zmien relattivament qasir minhabba l-kwantita` kbira taghhom u d-diffikultajiet li jizdiedu bit-trapass taz-zmien. Is-survey fees huma parti mid-danni li tkun sofriet socjeta` bhal dik appellanti wara li jkun hemm nuqqas fil-merkanzija jew hsara. Infatti s-survey jelenka propju l-hsarat imsemmija u ghalhekk huwa intrinsikament marbut mad-danni sofferti u ghalih japplika wkoll l-Artikolu 65 tal-Kap. 352.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info