Referenza: 928/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
ARRIGO NOEL V., CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ZAMBONI ROBERTO NOE vs DIRETTUR TAL-KUNTRATTI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV - LIGI, RETROATTIVITA` TA` - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, APPLIKABILITA` TRANZITORJA TAL-ARTIKOLU 469A - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AZZJONI GHAD-DANNI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, TERMINU TA` SITT XHUR GHALL-ISTITUZZJONI TAL-AZZJONI RELATTIVA
Fil-Qosor
Meta tigi istitwita azzjoni ghad-danni fuq il-bazi ta` ksur ta` ligijiet jew regolamenti ta` naturapurament amministrattiva, tkun il-ligi specjali allura li kellha tirregola il-vertenza u mhux il-ligi ordinarja generali kif tohrog mill-Kodici Civili.

Ghalhekk, japplikaw id-disposizzjonijietspecjali dwar l-istharrig ta` eghmil amministrattiv kontenuti fl-Artikolu 469A tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta.

Kawza biex twaqqa` eghmil amministrattiv taht l-Artikolu 469(1)(b) tal-Kap. 12tal-Ligijiet ta` Malta trid tigi istitwita fi zmien sitt xhur minn meta min ikollu interess isir jaf jew seta` jsir jaf, skond liema jigi l-ewwel, b`dak l-eghmil amministrattiv.

Dan hu terminuta' dekadenza u mhux wiehed ta' semplici preskrizzjoni. Minbarra dan hija n-norma li fejn si tratta ta' regoli jew ligijiet procedurali li, sakemm l-istess ligi ma tkunx tghid mod iehor jew ma tipprovdix x'ghandu jigri fil-fazi tranzitorja, l-istess regoli jew ligijiet jigu fis-sehh u jitqiesu lihuma applikabbli minnufih, anki ghal atti amministrattivi mwettqa qabel id-dhul fis-sehh ta` din l-istess norma.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni