Reference: 99/1997/1

Judgement Details


Date
24/04/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
VELLA ROMINA vs CACHIA RONALD (PHEONICIA LAUNDRY & DRY
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
APPELL MINN TRIBUNAL GHAT-TALBIET TAL-KONSUMATUR - KAP 378; ARTIKOLU 22 (2)
Summary
Skont l-artikolu 22 (2) tal-Kap 378, appell jista' jsir biss meta t-Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumatur ikun mar kontra d-dettami tal-gustizzja naturali, u dik l-azzjoni tkun ippregudikat b'mod gravil-jeddijiet ta' min appella. Imbaghad l-istess disposizzjoni tipprovdi illi meta l-Qorti tal-Appelltaqta' li l-appell ikun fondat u gustifikat, din ghandha thassar id-decizjoni tat-Tribunal u ghandha hi stess taqta' t-talba originali u kull kontro-talba skont id-disposizzjonijiet ta' l-artikolu 21.

Ifisser dan li anke jekk stess din il-Qorti tasal ghall-konkluzjoni illi t-Tribunal ma jkunx mexa skont id-dettami tal-gustizzja naturali u li dik l-azzjoni tkun ippregudikat b'mod gravi l-jeddijiet ta'min jappella, meta tigi biex taqta' l-mertu, hija stess, kuntrarjament ghal dak li jigrif'appelli ohra, ghandha taqta' l-kwistjonijiet devoluti lilha f'din il-kawza u ohrajn bhalha skont kull meritu u gustizzja sostantiva tal-kaz, u skont l-ekwita' - salv s'intendi jekk ikun hemm kwistjoni ta' preskrizzjoni li ghandha tinqata' skont il-ligi. Din il-Qorti wkoll, kuntrarjament ghal dakilli jigri fil-kazijiet l-ohra normali li jkollha quddiemha bhala Qorti tal-Appell, tista' wkoll f'kazijiet bhal dan, takkorda anke d-danni morali ghal kull hsara, deni, ansjeta' u konvenjenza li l-konsumatur ikun bata tort tal-azzjoni tal-intimat.

Din il-Qorti taghmilha cara illi, fil-kaz tat-Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumaturi, m'ahniex qeghdin nitkellmu fuq Qorti, imma qeghdin nitkellmu fuq tribunal amministrattiv.

Din il-Qorti tara illi trid tirrispetta l-volonta' tal-poterlegislattiv tal-pajjiz li ha decizjoni li jikkreja Tribunal illi ghandu funzjoni u mansjoni ferm differenti minn dak ta' qorti tal-ligi u li ghandu jiddeciedi fuq bazi ta' gustizzja sostantiva tal-kazu skont l-ekwita' kif ukoll ghandha d-dover illi tirrispetta l-volonta' tal-Parlament meta fil-promulgazzjoni tal-Kap 378 specifikament illimita d-dritt tal-appell ghal dawk il-kazijiet fejn it-Tribunal ikun mar kontra d-dettami tal-gustizzja naturali u inoltre dik l-azzjoni tkun ippregudikat b'modgravi l-jeddijiet ta' min jappella.

Jirrizulta mill-atti processwali illi meta t-Tribunal appunta lill-espert biex jassistih, allavolja l-paragrafu 2 (c) tal-artikolu 23 tal-Kap 378 arbitru kemm jista' jkun ghandu jiddezisti milli jqabbad periti teknici sabiex jaghtu parir espert taghhom, wasal ghad-decizjoni illi nonostante l-oppozizzjoni tal-intimat u tal-att difensur tieghu jinnomina lill-istess espert ghall-fini biex jaghti parir biss u mhux biex jisma' provi. Dana t-Tribunal kellul-fakulta' li jaghmlu u ma jidhirx li hemm raguni biex din il-Qorti tahseb illi kif graw l-affarijiet, gie lez xi wiehed mill-principji tal-gustizzja naturali kif tradizjonalment accettati fis-sistemataghha u li b'xi mod gie rekatt xi pregudizzju serju ghall-appellanti hlief li tilfu l-kaz quddiemit-Tribunal. Pero', dan mhux il-pregudizzju illi ghandu jittiehed minn din il-Qorti f'dan il-kaz partikolari stante li hawnhekk non si tratta ta' vjolazzjoni ta' xi wiehed mill-principji tad-dritt naturali.

F'dawn ic-cirkustanzi din il-Qorti tal-Appell tiddikjara l-appell bhala irritu u nullu konsegwentement ma tiehux aktar konjizzjoni tieghu. L-ispejjez ta' din l-istanza jkunu a karigutal-appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info