Reference: 964/1988/2

Judgement Details


Date
23/04/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
GALEA CARMELO SIVE CHARLES vs MIZZI ALBERT ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, META D-DANNEGGJAT JIBQA` FL-ISTESS XOGHOL MINKEJJA D-DIZABILITA` LI JKUN SOFRA - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM - DANNI, SAFE WORKING ENVIRONMENT - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT - PROVA, MA HEMMX NECESSITA` LI ESPERT MEDIKU JAGHTI L-GURAMENT WAQT ACCERTAMENTI PURAMENT MEDICI - PROVA, NOMINA TA` ESPERTI
Summary
Min ihaddem irid jassigura ruhu li joffri "a safe working environment" lill-impjegati tieghu.

Hija r-responsabbilita' ta' min ihaddem li jipprovdi lill-impjegati tieghu b'attrezzi f'kondizzjonitajba li ma jkunux il-kagun ghall-incidenti. Kien l-obbligu ta' kull min ihaddem illi perjodikament jivverifika l-kondizzjoni tal-attrezzi u l-makkinarju tax-xoghol li bih l-impjegati jkunu mistennija li jahdmu u dana b'mod kompetenti minn persuni kwalifikati. In-nuqqas ta' min ihaddem f'dan ir-rigward jirrendih responsabbli ghall-incidenti li setghu jigru minhabba traskuragni u negligenza tieghu li jassigura li l-impjegati li jhaddem joperaw f'ambjent li wiehed ragjonevolment kellu jqis li hu sikur. Il-manutenzjoni tal-ghodda u tal-apparat ta' xoghol ma setghatx tigi mhollija ghall-eventwalita' li jsehh xi incident sfortunat.

Kellha tkun politika rikonoxxuta ta' min ihaddem illi regolarment u b'kompetenza jaghmel dak li hu mehtieg, biex sa fejn kien ragjonevolment possibbli,l-ghodda li bihom il-haddiem kien mistenni jahdem - u dana fis-sens wiesa' tal-kelma - ikunu idoneji, adegwati u sewwa protetti min kull riskju. Min ihaddem ghandu d-dover li jara li l-post tax-xoghol ikun dejjem fi stat ragjonevoli ta' sikurezza ghal min ikun qed jahdem hu wiehed li kellu jigi segwit u applikat f'kawzi tax-xorta taht ezami.

Il-Qorti ghandha s-setgha tirregola l-gbir tal-provi waqt il-kawza u mhux marbuta li tinnomina l-periti suggeriti mill-partijiet imma l-Ligi taghtiha l-fakolta' li tahtar periti minflok dawk nominati mill-partijiet u nonostante l-opposizzjoni tal-partijiet. Il-Ligi ma taghmel ebda restrizzjoni fuq in-numru ta' periti li jistghu jinhatru.

Ma hemmx ghalfejn li esperti medici jaghtu l-gurament lill-partijiet meta jkunu qed jaghmlu ezamijietklinici li ma jinvolvux fatt jew allegazzjonijiet rakkontati lilhom. Se mai in-nuqqas tal-ghoti tal-gurament mhux di per se sinjifikanti, din kienet tkun aktar kwistjoni ta' audi alteram partem ghaxxhud ikun qed jiddeponi fin-nuqqas tal-kontroll tal-kontroparti.

Fil-likwidazzjoni tad-dannil-Qorti necessarjament trid tillimita l-konsiderazzjoni taghha ghall-kwantifikazzjoni tad-danni attwalment sofferti mid-danneggjat bhala rizultat dirett tal-incident kif ukoll ghal dawk id-danni kollha konsegwenzjali li kien ser isofri bhala konsegwenza tad-debilita` permanenti li necessarjament tincidi fost hwejjeg ohra fuq il-kapacita' lavorattiva tieghu. Dana mhux biss attwalment fic-cirkustanzi tax-xoghol fejn kien jahdem l-attur imma wkoll potenzjalment f'kull attivita' ohra lavorattiva ghalih miftuha. Ghalhekk is-semplici fatt li l-attur ma giex pregudikat f'xogholu u ma tnaqsitlux il-paga huwa irrelevanti ghall-likwidazzjoni tad-danni.

F'kazijiet fejn il-likwidazzjoni gudizzjarja ddum ma tigi definita ghall-bosta snin wiehed ma setax jikkonsidra l-pagament bhala "lump sum payment". Kellu ghall-kuntrarju jikkonsirah bhala pagament tardiv li ghalih id-danneggjat ma kellux jigi indebitament penalizzat bi tnaqqis ta' xi percentwali tad-danni likwidati minhabba li l-pagamentikun qed isir f'salt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info