Referenza: 37/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/06/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SAID EILEEN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, POSIZZJONI PENDENTE LITE - RAGION FATTASI, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
Sakemm tigi xolta l-komunjoni tal-akkwisti, jew sakemm ikun hemm xi ordni ta' allontanament minn danil-fond ta' xi wahda mill-konjugi mill-Qorti kompetenti, it-tnejn ghadhom proprjetarji tal-istessu hadd minnhom ma jista' jeskludi lill-parti l-ohra mill-godiment tieghu u mill-access ghalih . Dinhija l-pozizzjoni "civiliter".

Ir-reat ta' ragion fattasi huwa speci ta' zona grigja bejnil-kamp civili u dak kriminali . Illi l-elementi tar-reat in dizamina gew magisterjalment migburafid-definizzjoni analitika moghtija mill-Imhallef W. Harding fis-sentenza ta' din il-Qorti fil-kawza " Il-Pulizija vs. Giuseppe Bonavia et. " (App. Krim. 14.10.1944, Vol.XXXII - IV, p.768) u dawnjinkludu :-

a) att estern li jimpedixxi persuna ohra minn dritt li hija tgawdi, u li jkunsar bid-dissens esplicitu jew implicitu ta' dik il-persuna.

b) l-imputat irid jemmen li qed jagixxi bi dritt;

c) ix-xjenza tal-imputat li qed jiehu b'idejh dak li suppost jiehu tramitel-process legali;

d) li l-att ma jinkwadrax ruhu f'reat aktar gravi.

Element importanti kostituttiv ta' dar-reat hu dak intenzjonali fis-sens li l-agir ta' dak li jkun irid ikun maghmul bil-hsieb li hu qed jezercita dritt li jahseb li ghandu ghad-distinzjoni mir-reati ta' serq jew danni volontarji fuq proprjeta' ta' haddiehor per ezempju . Ghalhekk hemm bzonn li issir indagni fuq il-movent li jkun wassal lill-persuna li ikkommettiet dar-reat biex taghmel dak li ghamlet. L-element materjali invece jikkonsisti filli wiehed jippriva persuna ohra minn xi dritt fuq haga li ghandu id-dgawdija taghha.

Ir-reat ma jissussistix meta l-att materjali jikkonsisti fir-retenzjoni ta' pussess li dak li jkun gja ikollu. Hemm bzonn li jkun hemm att pozittiv li jippriva lit-terz,jew ifixklu fil-pussess tal-haga.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni