Referenza: 426/2011

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/04/2016
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
IL-PULIZIJA vs OMISSIS
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:100241
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSJONI
Fil-Qosor
Dan kien kaz ta' ammissjoni ta' htija. Meta rregistra ammissjoni, l-appellant kien qieghed jammettil-ewwel imputazzjoni dedotta mill-Pulizija Ezekuttiva li, permezz taghha kienet qed takkuzah bir-reat ta' korruzzjoni tal-minorenni omissis 1 u omissis 2 sic et simpliciter. Wara n-nota ta' rinviju ghall-gudizzju ta' l-Avukat Generali, fejn bhalma hu stabbilit, tali nota tassumi rwol simili ghal dakta' l-att ta' akkuza quddiem il-Qorti Kriminali, jekk l-appellant xtaq jippersisti fl-ammissjoni tieghu, din kellha tkun bazata fuq x'tipprovdi l-imsemmija nota. Sfortunatament jidher li la d-difensuri ta' l-appellant, u wisq anqas l-appellant, ma hadu l-isbriga li jinfurmaw ruhhom bil-kontenut ezatt tan-nota ta' rinviju, u dan ovvjament ghax kienu qed jistennew li, kif indikatilhom l-ewwel Qorti, kienet lesta li tikkunsidra li taghti sentenza sospiza ta' prigunerija b'ordni ta' supervizjoni. Huwa naturali, ghalhekk, li meta nghatat sentenza effettiva ta' prigunerija, l-appellant kien sorpriz. Fil-fatt, jekk l-ewwel Qorti, wara li kienet ezaminat l-atti, kien jidhrilha li ma kinitx f'posizzjoni li taghti sentenza sospiza ta' prigunerija kif originalment indikat, kellha tissospendi l-prolazzjoni tas-sentenza sabiex iggib quddiem il-partijiet id-diffikulta` minnha riskontrata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni