Referenza: 942/2006/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/01/2016
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
ABELA JOSEPH ET vs BORG PHILIP ET
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2016:98774
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SERVITU`, DISKONTINWA
Fil-Qosor
Illi d-dritt ta' servitu` hu definit bhala jedd stabbilit ghall-vantagg ta' fond fuq fond ta' haddiehor jew sabiex ma jithalliex li sidu juza minnu kif irid (Artikolu 400 (1) tal-Kodici Civili). Huwacar ukoll illi biex tinholoq servitu` jehtieg illi jkun hemm fond servjenti li ghandu jissaporti l-uzu tieghu u fond dominanti li hu dak li a vantagg tieghu tigi mahluqa s-servitu`.
Il-ligi tiddistingwi bejn servitujiet li jinholqu mil-ligi minn dawk li jinholqu mill-fatt tal-bniedem (Artikolu 401 tal-Kodici Civili, Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta). Fil-kaz ta' servitujiet imnissla mill-fatt tal-bniedem, is-servitujiet jistghu jkunu kontinwi jew mhux kontinwi, li jidhru jew li ma jidhrux. Fil-kaz ta' mili ta' ilma huwa specifikat mill-istess ligi bhala servitu` mhux kontinwu peress li ghall-ezercizzju tieghu hu mehtieg fil-waqt il-fatt tal-bniedem (Artikolu 455 (3) tal-Kap. 16). Dan it-tip ta' servitu` jista' jigi stabbilit biss b'sahha ta' titolu (Artikolu 469 (1) tal-Kap. 16).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni