Reference: 192/2014/1

Judgement Details


Date
29/01/2016
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Parties
ZAHRA SHARON vs ZAHRA STEFAN
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2016:98772
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RES JUDICATA
Summary
L-iskop tal-principju tar-res iudicata hu evidenti u cioe` li l-legislatur hass li ma jistax ikun hemm stat ta' incertezza indefinita fejn jidhlu kwistjonijiet ta' drittijiet akkwiziti wara process gudizzjarju. Hu maghruf li r-rekwiziti biex l-eccezzjoni tirnexxi huma tlieta u cioe` l-identita` tal-persuni, tat-talba u tal-oggett - eadem personae, eadem res, eadem causa petendi. Ghalhekk kull ezami dwar din l-eccezzjoni ghandha bzonn ta' indagini ta' dawn it-tlett fatturi. Ma hemmx dubbju li f'din il-kawza, dawn l-elementi kienu jissussistu t-tlieta; il-kawza kienet bejn l-istess partijiet, saret l-istess talba u fuq l-istess kawzali. Fil-fehma tal-Qorti ma setax ikun hemm kaz aktar lampantita' res iudicata. Ta' min izid ukoll li anke f'kazi inqas cari fejn l-effett ta' akkoljiment tat-talba fil-kawza tinnewtralizza ghal kollox l-effett ta' sentenza ohra li ghaddiet in gudikat bejn l-istess partijiet ukoll ikun hemm kaz fejn l-eccezzjoni tar-res iudicata tigi milqugha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info