Reference: 812/2000/1

Judgement Details


Date
30/05/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
DEMICOLI JOSEPH vs COLEIRO GENERAL SUPPLIES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, DIFFERENZA BEJN L-ARTIKOLU 836(7) U L-ARTIKOLU 838A TAL-KAP. 12 TAL-LIGIJIET TA` MALTA
Summary
L-Artikolu 836(7) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta jipprovdi li

"Minkejja li tigi depozitata fir-registru tal-qorti garanzija xierqa sabiex tigi sodisfatta t-talba tal-persuna li, fuq talbataghha, l-att kawtelatorju jkun inhareg, il-qorti li tkun harget il-kontromandat taht id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu tkun ghadha tista', fuq talba li ssir b'rikors minn persuna li jkollha interess, tinvestiga jekk l-att kawtelatorju relattiv setax isir jew le u l-qorti tista' wkoll tordna t-tnaqqis ta' l-ammont tal-garanzija depozitata jew tiddikjara l-att kawtelatorju kontra l-ligi, f'liema kaz ta' l-ahhar ghandha tordna li l-att kawtelatorju jigi revokat."

L-artikolu 838A tal-Kap 12 jipprovdi li:-

"Il-Qorti tista', meta tintwera kawza gusta ghal dan, malli ssirilha talba b'rikors mill-persuna li kontriha jkun inhereg att kawtelatorju, tordna lil dik il-parti li tkuntalbet il-hrug ta' l-att kawtelatorju sabiex taghti, fi zmien stabbilit mill-Qorti, garanzija xierqaghal hlas tal-penali li tista' tigi mposta u ta' danni u imghax, u fin-nuqqas li tnehhi l-att kawtelatorju".


Min-naha l-wahda taht l-artikolu 836 (7) dak li l-Qorti tista' taghmel jekk issib li l-att kawtelatorju mahrug ma kellux jinhareg, huwa li fil-kaz li tkun saret il-garanzija, w allura l-att kawtelatorju ma jkunx ghadu jezisti bil-hrug tal-kontro-mandat relattiv, il-Qorti tista'tnaqqas l-ammont ta' garanzija provduta, mentri jekk ma tkunx saret l-istess garanzija, w allura l-Mandat Kawtelatorju jkun ghadu in vigore tordna r-revoka ta' l-att kawtelatorju.

Min-naha l-ohra fil-kaz tal-artikolu 838 A dak li l-Qorti tista' taghmel huwa biss li jekk tintwera gusta' kawzatordna lill persuna li tkun harget il-mandat li taghti garanzija xierqa sabiex tkopri l-ammont ta' penali, danni w imghax li jistghu jkunu dovuti u f'dan terminu hekk stabbilit u fin-nuqqas li tinghata l-istess garanzija fit-terminu hekk prefiss, 'tnehhi l-att kawtelatorju'.

Minn dan jidher car li l-applikazzjoni tal-artikolu 838 A tipresopponi l-ezistenza tal-istess att kawtelatorju, ghaliex it-tnehhija tieghu hija l-unika sanzjoni moghtija mill-ligi fl-istess artikolu fl-eventwalita' lil-garanzija ordnata ma tigix prezentata kif u fit-terminu ordnat mill-Qorti.

L-istess artikolu 838 A ma joffri ebda alternattiva' ta' kazi bhal ma joffri l-artikolu 836 (7), stante li dan ta'l-ahhar jipprospetta kemm is-sitwazzjoni fejn il-mandat kawtelatorju ma jkunx ghadu jezisti minhabba l-garanzija offruta, u r-rimedju huwa it-tnaqqis taghha, kif ukoll is-sitwazzjoni meta l-istess mandat jkun ghadu in vigore, fejn ir-rimedju huwa invece it-tnehhija tieghu.

L-artikolu 838A joffri taht dan l-aspett ta' rimedju alternattiva wahda maqsuma f'zewg stadji, li l-persuna li tohrogil-mandat u li zammet il-mandat in vigore fl-ewwel lok taghti garanzija kif ordnata mill-Qorti u fit-tieni lok u dejjem fin-nuqqas li tinghata l-istess garanzija, li l-Qorti tordna it-tnehhija tal-Mandat Kawtelatorju, pero' din tinghata b'ordni unika.

Jekk mandat ta` sekwestru ikun gie revokat in segwitu ghad-depositu maghmul mis-sekwestrat, rikors bazat kompletament fuq l-artikolu 838 A tal-Kap 12 ma jistax jigi milqugh, stante li tali artikolu jippresumi u jehtieg fl-applikazzjoni tieghu li tali mandat kawtelatorju jkun ghadu vigenti u in vigore.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info