Reference: 2365/1999/1

Judgement Details


Date
26/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
BLYE ENGINEERING CO. LTD vs SULLIVAN STANLEY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - ACTIO DE IN REM VERSO, META DEBITUR IKUN HARAB MINN MALTA - ACTIO DE IN REM VERSO, META DEBITUR IKUN INSOLVENTI
Summary
L-azzjoni maghrufa bhala 'de in rem verso' hija wahda sussidjarja meta l-azzjoni ex contractu mhux possibbli u hija proponibbli meta d-danneggjat ma jistax jesperixxi azzjoni ohra biex inehhi l-pregudizzju subit. L-azzjoni hi bazata fuq il-principju li persuna ma tistax tiehu vantagg minn dannu arrekat lill haddiehor (nemo locupletari potest cum aliena iactura) u il-limiti taghha hu sal vantagg lit-terza persuna takkwista. L-azzjoni ssir biex jigi ristabilit ekwilibriju bejn iz-zewg patrimoni.

Meta d-debitur ta` persuna jkun harab minn Malta u jigi stabilit li dan ma jkun halla ebda assi warajh, ikun lecitu ghall-kreditur li jagixxi de in rem verso kontra terz li jkun arrikixxa ruhuindebitament a skapitu tal-kreditur billi jkun ha l-pussess ta` hwejjeg li d-debitur ikun xtara minghand il-kreditur u li ma jkunux ghaghom thallsu. Mhux mehtieg ghall-kreditur li l-ewwel jagixxi kontra d-debitur meta jkun evidenti li tali azzjoni tkun qed issir ghal xejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info