Referenza: 672/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2002
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
DEGIORGIO CARMEL SIVE CHARLENE vs ONOR. PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT FONDAMENTALI GHAR-RISPETT TAL-HAJJA PRIVATA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, KORREZZJONIJIET FIC-CERTIFIKAT TAT-TWELID WARA BDIL TA` SESS PERMEZZ TA` INTERVENT KIRURGIKU
Fil-Qosor
L-Istat ikun qieghed jilledi id-dritt fondamentali ghar-rispett tal-hajja privata tal-individwu metajonqos milli jipprovdi makkinarju sabiex una volta li tigi stabilita` l-identita` sesswali ta` individwu u li tkun differenti minn dik riportata fic-certifikat tat-twelid tieghu, dan ic-certifikat jigi emendat sabiex jirrispekkja s-sesswalita` "gdida" definittivament skoperta, w inoltre li jipprovdi l-mezz kif jigi protett lil dak l-individwu id-dritt tal-privatezza fit-tgawdija ta' dik l-identita' "gdida".

Il-lezjoni tad-dritt fondamentali ghar-rispett tal-hajja privata tal-individwu tigi kawzata mill-inerzja tal-Istat li jipprovdi makkinarju sabiex isiru l-korrezzjonijiet mehtiega fl-att tat-twelid u sabiex il-privatezza tal-individwu tigi protetta.

Hawnhekk, il-Prim'Awla tal-Qorti Civili fis-Sede Kostituzzjonali taghha, wara li fic-cirkostanzi tal-kaz irriskontrat vjolazzjoni tad-dritt fondamentali ghar-rispett tal-hajja privata, kif premess, ordnat li jsiru d-debiti korrezzjonijiet fic-certifikat tat-twelid, u ordnat ukoll li ssir annotazzjoni fuq l-istess certifikat, fis-sens li tali korrezzjonijiet gew ordnati in forza tad-decizjoni tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni