Summary
L-appellant kien allega li kien tkecca ingustament ghaliex huwa kien spicca fuq bazi ta' redundancybbazata fuq nuqqas ta' xoghol, izda huwa jsostni li dan ma kienx il-kaz, u li persuni li gew impjegati warajh baqghu jahdmu mas-socjeta' u wkoll gew impjegati persuni ohra bhala part-time.
Is-socjeta' appellata sostniet li l-appellant tkecca minhabba redundancy u dan ghaliex kien impjegat assistent electrician mas-socjeta' appellata sabiex jaghmel servizzi ta' ingenerija sakemm jinfetah l-Isptar Mater Dei, u allura meta gie fi tmiemu dan il-kuntratt, ma kienx hemm xoghol izjed ghalih u ghal impjegati bhalu, u la darba ma kienx hemm xoghol iehor ghall-istess, intemm l-impjieg tieghu flimkien ma' dak ta' ohrajn.
It-Tribunal Industrijali (it-Tribunal) ddecieda li l-kumpanija allegat li kien hemm raguni tajba ta' terminazzjoni ta' impjieg inkluz dik ta' redundancy, u peress li l-impjieg tal-appellant mas-socjeta' appellata kien limitat ghal xoghol ta' installazzjoni ta' servizzi elettrici u elettronici fl-Isptar Mater Dei, dan kien limitat fi spazju u terminu u allura la darba dan spicca, ma kienx hemm xoghol ghall-appellat. Dwar il-principju ta' last in first out jirrrizulta li mid-dokumentazzjoni relattiva tal-ETC, is-socjeta' intimata mxiet fedelment mad-doveri taghhom f'dan ir-rigward u allura dan il-principju gie osservat. Ikkonkludiet li l-appellant iddahhal sabiex jahdem biss fuq dan il-progett u allura la darba dan intemm, l-impjieg tieghu kellu jigi terminat.
L-aggravji fl-appell odjern huma li (1) kien hemm nuqqas ta' smigh xieraq ghaliex it-Tribunal Industrijali skarta ghal kollox il-provi mressqa mill-appellanti konsistenti f'dokumenti tal-ETC u ohrajn li juru li kien hemm lista shiha ta' persuni li gew impjegati wara l-appellanti u li spiccaw mill-impjieg wara l-appellanti; (2) gie inkorrettament ritenut fl-istess decizjoni li l-appellant kellu x-xoghol relatat biss mal-kuntratt li s-socjeta' appellata kellha fl-isptar Mater Dei, metaklawsola 13 tal-kuntratt ta' impjieg tipprovdi differenti; (3) il-kuncett ta' redundancy gie decizzbaljatament ghaliex il-principju ta' last in first out ma giex applikat sew; (4) fis-sentenza jinghad li s-socjeta' appellata kienet allegat li r-raguni ghat-terminazzjoni ta' impjieg kienet wahdagustifika u dan ghar-ragunijiet inkluz ta' redundancy. In vista ta' din l-affermazzjoni mela allural-istess Tribunal kellu jindaga x'inhi din r-raguni oltre dik ta' redundancy, haga li l-istess Tribunal ma ghamilx; (5) Ma kienx hemm redundancy vera ghaliex fil-fatt ix-xoghol li kien jaghmel huwa beda jaghmlu haddiehor li beda jahdem warajh u li gew ingaggati impjegati ohrajn wara l-appellant.
Din il-Qorti tal-Appell thoss li fid-dawl tal-aggravji sollevati mill-appellanti, it-TribunalIndustrijali meta ta d-decizjoni tieghu, u specifikatament meta kkonsidra l-kwistjoni ta' redundancy, ma kkonsidrax kif kellu jaghmel il-provi, anke dokumentarji mressqa mill-appellanti odjern u dan ghaliex mill-istess dokumenti jirrizulta palezament li diversi persuni li kienu bdew jahdmu mal-istess socjeta' appellata wara li beda jahdem maghhom l-appellant, gew fil-fatt mizmuma fl-impjieg taghhom mill-istess socjeta' appellata, uhud minnhom billi inghataw deskrizzjoni ohra tal-impjieg taghhom.
Din il-Qorti thoss li dan huwa kaz fejn sfortunatament it-Tribunal ma ezaminax sew l-proviprodotti quddiemu, fosthom dawk dokumentarji, inkluzi dawk indikati fir-rikors tal-appell u f'din is-sentenza, dokumenti li juru bic-car li l-principju li jsegwi l-kuncett ta' redundancy f'dan il-kazma giex segwit ghaliex persuni li kienu dahhlu jahdmu wara l-appellanti fl-istess tip ta' xoghol baqaw jahdmu mas-socjeta' appellata wara t-terminazzjoni ta' impjieg tal-appellanti u dan irrizulta b'mod mill-iktar palez, izda minkejja dan it-Tribunal wasal ghad-decizjoni tieghu, minghajr ma rreferaspecifikatament ghal xi dokument esebit quddiemu u li fil-fatt jindikaw car li l-fatti kienu differenti u li l-principju ta' last in first out ma giex segwit u dan fil-kaz ta' numru ta' impjegati, nkluzi dawk identifikati mill-appellanti fix-xhieda u osservazzjonijiet taghhom quddiem it-Tribunal.Dan il-principju fil-kaz ta' redundancy huwa llum rikonoxxut fil-ligi kif jirrizulta mill-artikolu 36 (4) tal-Kap. 452.
Din il-Qorti mhux normali li tiddisturba l-apprezzament ta' provi li jkunghamel it-Tribunal, izda dan japplika biss fil-kaz li din il-Qorti tara li t-Tribunal ikun ha konjizzjoni tal-fatti kollha quddiemu u tas-sottomissjonijiet kollha taz-zewg partijiet u jkun ezamina l-istess b'mod li kkonsidra l-istess u immotiva sew id-decizjoni tieghu fuq dak kollu propost quddiemu, inkwantu relevanti ghall kaz, u b'hekk ikun il-kaz li t-Tribunal ikun legalment jista' jasal ghall-konkluzjoni li fil-fatt wasal ghaliha fid-decizjoni minnu moghtija ghaliex tkun hekk sorretta mill-provi.
F'dan il-kaz ma jidhirx li sar hekk, ghaliex il-provi prodotti u dokumentarji juru lifil-fatt kien hemm xoghol ghall-istess appellanti proprju fit-terminazzjoni tieghu tal-impjieg minhabba allegata redundancy, tant li haddiema li kellhom l-istess diskrezzjoni ta' xoghol bhalu, u li kienu jahdmu bhalu fuq l-istess xoghol, gew mizmuma jahdmu mal-istess socjeta' appellata anke sallum,u dan billi ftit qabel ma tkecca l-appellant ziedu d-deskrizzjoni tan-natura tax-xoghol taghhom sabiex tinkludi dik ta' manutenzjoni wkoll, haga li setghet issir fil-kaz tal-appellanti wkoll, tant lima jirrizultax li b'xi mod is-socjeta' appellata ndikat, u wisq inqas ippruvat, li dan ma setghax issir fil-konfront tal-appellanti odjern ukoll u dan fuq kollox meta l-appellant kien impjegat qabell-ohrajn mas-socjeta' appellata.
It-tieni aggravju huwa wkoll ben fondat ghaliex ma hijiex korretta l-asserzjoni li ghamel it-Tribunal li l-impjieg tal-appellanti mas-socjeta' appellata kien ristrett ghax-xoghol u l-kuntratt tal-Isptar Mater Dei, anke jekk illum jirrizulta li fil-fatt l-istess socjeta' appellata jidher li ghad ghandha kuntratt ta' xoghol iehor fl-Isptar Mater Dei.
Dwar it-tielet aggravju l-principju ta' first in last out ma giex osservat f'dan il-kaz u allura dan l-aggravju qed jigi milqugh ukoll.
Dwar ir-raba aggravju jidher li sfortunatament metat-Tribunal sostna li r-raguni tat-terminazzjoni ta' impjieg kienet wahda gustifikata u dan ghar-ragunijiet inkluz dik ta' redundancy jidher li tali frazi ma hijiex idonea u lanqas korretta, peress li l-unika bazi li fuqha giet missielta din il-pendenza kienet dik ta' redundancy.
Dwar il-hames aggravju jirrizulta li effettivament is-socjeta' intimata uzat fil-konfront tal-appellant l-pretest ta' redundancy, ghaliex fil-verita' kif kellha xoghol ghal persuni ingaggati bhalu li izda dahhlu jahdmu warajh, kellha allura fejn izomm fl-impjieg tieghu qabel kollox lill-istess appellanti b'dan ghalhekk li f'dan il-kaz ma jistax jinghad li x-xoghol bhal dak li kien jipprovdi l-appellant ma kienx hemm izjed bzonnu.
L-allegazzjoni li vera kien hemm redundancy u li f'dan il-kaz gie osservat il-principju li jirregola l-istess u cjoe' li tali nuqqas ta' xoghol jigi pruvat u li t-terminazzjoni ta' impjieg ta' first in last out gie osservat, kien oneru tas-socjeta' appellata li tipprova, izda dan ma giex ippruvat minnha, anzi l-appellanti irnexxielu jipprova li intuza l-pretest ta' redundancy sabiex jigi terminat l-impjieg tieghu u ghalhekk it-terminazzjoni ta' impjieg tieghu kienet ingusta u mhux skont il-ligi u ghalhekk l-appell gie milqugh u d-decizjoni tat-Tribunal Industrijali giet revokata b'dan li din il-Qorti tal-Appell qed tilqa' l-aggravji kollha tal-appellanti u tiddeciedi u tiddikjara li t-tkeccija tal-appellanti kienet wahda ingusta u mhux skont il-ligi, filwaqt li tirrinvija l-atti lura lit-Tribunal Industrijali biex dan jiffissa l-kwantum tal-kumpens dovutlill-appellanti ghat-tkeccija tieghu mill-impjieg minghajr gusta kawza.