Reference: 149/1998/1

Judgement Details


Date
14/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
TABONE LAWRENCE NOE vs TABONE RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, META TIKKONTJENI TALBA SABIEX MANDAT TA` INIBIZZJONI JIGI KONFERMAT PERMANENTEMENT - CITAZZJONI, NULLITA` MINHABBA NUQQAS TA` DIKJARAZZJONI U KONFERMA TAL-ESISTENZA TAL-JEDDIJIET MHARSA BIL-HRUG TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI
Summary
Il-mandat ta' inibizzjoni huwa wiehed mill-atti intizi biex jikkawtelaw dritt. Trid ghalhekk tinzamm distinzjoni netta bejn l-att kawtelatorju u d-dritt kawtelat. Fid-disposizzjonijiet generali tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili (il-Kap 12) li jirregolaw l-atti kawtelatorji, fosthomil-mandat ta' inibizzjoni, insibu l-art. 829 li jiddisponi li kull persuna tista', minghajr ma hu mehtieg li qabel ikun hemm decizjoni, tqieghed fiz-zgur il-jeddijiet taghha b'xi wiehed jew izjed mill-mandati kawtelatorji imsemmijin fl-istess titolu VI tal-Kodici citat li jigu mahruga u esegwiti taht ir-responsabilita' taghha. L-art. 873 imbaghad, specificatament fuq il-mandat ta' l-inibizzjonijiddisponi illi l-iskop ta' mandat ta' inibizzjoni hu biex izomm persuna milli taghmel xi haga, tkun li tkun, ta' hsara lill-parti li titlob il-hrug tal-mandat. Il-Qorti m'ghandhiex tohrog mandat ta' inibizzjoni jekk ma tkunx sodisfatta li dak il-mandat huwa mehtieg sabiex jitharsu l-jeddijiet ta'min ikun jitlob il-hrug tal-mandat u li, prima facie, jidher li ghandu dawk il-jeddijiet. Skond l-art. 843 (1), il-persuna li titlob il-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni ghandha taghmel il-kawza ghad-dritt imsemmi fil-mandat u jekk tonqos li taghmel dan fit-terminu preskritt l-effett tal-mandat jispicca.

F'kawza ghall-konferma ta' mandat ta' inibizzjoni, huwa necessarju li l-pretensjoni tad-dritt li ta lok ghall-hrug tal-mandat tkun tista` tigi dedotta mill-premessi tat-talbiet jew mit-talbiet relattivi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info