eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 45/2009
Download
Judgement Details
Date
01/02/2011
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SCERRI GEORGE ET vs L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
SCERRI GEORGE ET vs L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR ET - 45/2009 - CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
RIMEDJU ORDINARJU - SMIGH XIERAQ - TGAWDIJA TA POSSEDIMENTI
Summary
B'din l-azzjoni r-rikorrenti jghidu li garrbu ksur ta' jedd fundamentali taghhom dwar smigh xieraq uwkoll tat-tgawdija pacifika ta' hwejjighom meta persuni mibghutin mill-Awtorita' intimata dahlu fihwejjeg l-istess rikorrenti, bl-ghajnuna ta' ufficjali tal-korp tal-Pulizija, biex jaghmlu survey fl-ambitu ta' Planning Control Application li kienet tolqot zvilupp fil-madwar tal-gid tar-rikorrenti.Huma jghidu li dak li gara fid-dar taghhom dak inhar, minkejja li huma kienu ressqu appell quddiemil-Bord tal-Appelli tal-istess Awtorita' intimata, wera li din imxiet b'arroganza u b'mod abbuziv liwassal ghall-ksur tal-imsemmija jeddijiet taghhom. Iridu li kulma sar waqt dak is-survey jithassaru li l-Awtorita' intimata ma tuzahx bl-ebda mod.
Meta, bhal f'dan il-kaz, quddiem din il-Qorti titqajjem l-eccezzjoni li r-rikorrent ikun naqas li jinqeda minn rimedju ordinarju qabel ma jkun ghadda biex iressaq kawza kostituzzjonali, l-kriterji li jridu jitqiesu biex Qorti tal-kompetenza kostituzzjonali taghzel li ma twettaqx is-setghat taghha li tisma' l-kaz huma dawk li f'bosta sentenzi ssemmew u tfissru b'mod ezawrjenti.
Meta jissemma li jkun hemm rimedju iehor xieraq, irid jintwera li dan ikun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjed li jintwera li jkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci. L-ezistenza li tassew ikun (jew kien) hemm rimedju alternativ xieraq trid tintwera mill-intimat li fuqu jaqa' l-piz tal-prova biex jikkonvinci lil din il-Qorti biex taghzel li ma tezercitax is-setghat taghha biex tisma' l-kawza.
Mnkejja li jista' jkun minnu li l-parti rikorrenti seta' kellha ghad-dispozizzjoni taghha rimedju ordinarju, din il-Qorti xorta wahda jibqaghlha dejjem id-diskrezzjoni li taghzel li tibqa' tisma' l-kawza. L-ezistenza ta' rimedju ordinarju ma torbotx idejn din il-Qorti milli tkompli tisma' kawza kostituzzjoniali mressqa quddiemha. Id-diskrezzjoni li tuza trid tkun wahda prudenti u fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja. Normalment, din id-diskrezzjoni tintuza meta r-rikorrent ikun jidher li tassew ghandu disponibbli ghalih rimedju li, kieku uzat kif imiss, jista' jaghtih il-harsien tal-jedd li f'kawza bhal din jghid li qieghed igarrab ksur tieghu.
Il-Qorti tifhem u tapprezza wkoll li l-fatt li xi ghamil jew nuqqas ta' ghamil igib mieghu ukoll ksur ta' jedd fundamentali, ma jkunx ifisser li r-rimedju li ghandu jinghata jkun tabilfors wiehed taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Konvenzjoni. Dan ukoll ghandu jkun element li jqieghed dmir fuq din il-Qorti biex tqis sewwa (u fl-istadju bikri li tkun necessarjament ghadha tinsab fih il-kawza meta tigi biex tqis jekk kemm-il darba ghandhiex taghzel li ma twettaqx is-setghat taghha biex tisma' l-kaz) jekk kemm-il darba jezistixtassew rimedju mod iehor lir-rikorrent jekk mhux b'azzjoni bhal din.
Din il-Qorti ssib li ma nghatatx ragunijiet tajbin bizzejjed biex taghzel li ma twettaqx is-setghat specjali taghha fil-kompetenza kostituzzjonali jew konvenzjonali taghha. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li hija sejra twettaq is-setghat taghha kostituzzjonali u tkompli tisma' l-ilment tar-rikorrenti kif imressaq fir-Rikors promotur taghhom.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It