Reference: 4/2010

Judgement Details


Date
02/12/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
PUTZULU CARUANA MARCO vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
RIMEDJU ORDINARJU - SMIGH XIERAQ
Summary
B'din l-azzjoni r-rikorrent qieghed jghid li garrab ksur ta' jedd fundamentali dwar smigh xieraq minhabba li f'appell imressaq mill-intimat Avukat Generali f'kawza maqtugha mill-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali li kienet helsitu minn kull imputazzjoni, il-Qorti tal-Appell Kriminali kienet laqghet l-imsemmi appell u sabet lir-rikorrent hati tal-akkuzi mressqin kontrih, metax-xhieda moghtija quddiem il-Qorti tal-Magistrati ma kinitx imdahhla fl-inkartament.

Meta, bhal f'dan il-kaz, quddiem din il-Qorti titqajjem l-eccezzjoni li r-rikorrent ikun naqas li jinqeda minn rimedju ordinarju qabel ma jkun ghadda biex iressaq kawza “kostituzzjonali”, l-kriterji li jridujitqiesu biex Qorti tal-kompetenza “kostituzzjonali” taghzel li ma twettaqx is-setghat taghha li tisma' l-kaz huma dawk li f'bosta sentenzi ssemmew u tfissru b'mod ezawrjenti.

Meta jissemmali jkun hemm rimedju iehor xieraq, irid jintwera li dan ikun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv uadegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhala effettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjed li jintwera li jkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci. L-ezistenza li tassew ikun (jew kien) hemm rimedju alternativ xieraq trid tintwera mill-intimat li fuqu jaqa'l-piz tal-prova biex jikkonvinci lil din il-Qorti biex taghzel li ma tezercitax is-setghat taghha biex tisma' l-kawza.

Minkejja li jista' jkun minnu li l-parti rikorrenti seta' kellha ghad-dispozizzjoni taghha rimedju “ordinarju”, din il-Qorti xorta wahda jibqaghlha dejjem id-diskrezzjoni litaghzel li tibqa' tisma' l-kawza. L-ezistenza ta' “rimedju ordinarju” ma torbotx idejn din il-Qortimilli tkompli tisma' kawza kostituzzjoniali mressqa quddiemha. Id-diskrezzjoni li tuza trid tkun wahda prudenti u fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja. Normalment, din id-diskrezzjoni tintuza meta r-rikorrent ikun jidher li tassew ghandu disponibbli ghalih rimedju li, kieku uzat kif imiss, jista' jaghtih il-harsien tal-jedd li f'kawza bhal din jghid li qieghed igarrab ksur tieghu.

Il-Qorti ssib li ma nghatatx ragunijiet tajbin bizzejjed biex taghzel li ma twettaqx is-setghat specjali taghha fil-kompetenza kostituzzjonali jew konvenzjonali taghha.

Ghaldaqstant il-Qorti tiddikjara li hija sejra twettaq is-setghat taghha kostituzzjonali u tkompli tisma' l-ilmenttar-rikorrent kif imressaq fir-Rikors promotur tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info