Referenza: 1506/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/06/1997
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
VASSALLO SILVIO NOE ET vs MALLIA WALTER ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DEZERZJONI, FIL-GRAD TAL-APPELL - DEZERZJONI, KONSEGWENZI TA` - NOTIFIKA, MA HEMM L-EBDA OBBLIGU FUQ L-AMMINISTRAZZJONI TAL-QORTI LI TINFORMA LILL-APPELLANT DWAR IN-NUQQAS TA` NOTIFIKA TAR-RIKORS TAL-APPELL - NOTIFIKA, OBBLIGU TAL-PARTIJIET LI JSEGWU L-PROGRESS TA`
Fil-Qosor
Il-procedura bil-miktub f'kull kawza ghandha tigi maghluqa fil-Qorti fi grad ta' appell fiz-zmien perentorju ta' sena, zmien perentorju li jibda jiddekorri mid-data tal-prezentata tar-rikors ghat-thassir tas-sentenza. Il-procedura bil-miktub quddiem il-Qorti fi grad ta' appell titqies maghluqa bit-twegiba ghar-rikors u fin-nuqqas tat-twegiba bl-eghluq ta' zmien moghtija ghaliha.

Il-ligi tipprezumi li jekk l-appellant ma jipprokurax li jinnotifika lill-appellat jew appellati fiz-zmien perentorju ta' sena, l-appell jigi konsidrat dezert ghaliex l-appellant ikun prezunt li rrinunzja ghall-atti ta' l-istess appell.

Ma jezisti ebda obbligu da parti ta' xi hadd li jinnotifika lill-appellant bin-nuqqas ta' notifika tar-rikors tal-appell. Huwa obbligu tal-parti stess li ssegwi l-atti u l-progress taghhom u tirrimedja fi zmien utli. L-obbligu impost fuq il-marixxal hu biss li jaghmel ir-riferta fl-atti fit-termini ta' l-artikolu 188 tal-Kap 12.

Il-Kodici tal-Organizazzjoni u l-Procedura Civili jipprovdi li l-avukat jigi informat b'riferta negattiva in sede appell biss fir-rigward tal-avviz ghas-smiegh fl-ewwel appuntament. Infatti l-artikolu 152 s-sub inciz 2 jipprovdi illi dan l-avviz kellu jinghata b'citazzjoni. Jekk l-appellant ma jigix notifikat b'dan l-avvizghas-smiegh, ir-registratur, kemm-il darba ma jkunx ezentat kif jinghad fis-sub-artikolu 1 ta' dak l-artikolu, kellu fi zmien ghaxart ijiem jinforma bil-miktub lill-avukat ta' dik il-parti li l-avvizma jkunx gie notifikat u l-avukat ghandu jiffirma fuq kopja li rcieva dik il-komunika.

Ir-registratur huwa tenut biss li johrog l-avvizi ghas-smiegh ghall-ewwel darba ta' dawk il-kawzi li l-iskritturi taghhom ikunu gew maghluqa. L-gheluq tal-procedura bil-miktub quddiem din il-Qorti, kien allura process ghal kollox indipendenti mill-appuntament tal-kawza ghall-ewwel smiegh u minn notifikab'citazzjoni tal-avviz ta' dak l-appuntament lill-partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni