Reference: 8/2010

Judgement Details


Date
15/10/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
AZZOPARDI JOHN NOE vs KUMMISSARJU TAT-TAXXA FUQ IL-VALUR MIZJUD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MATERJI KONNESSI MAT-TAXXA - SMIGH XIERAQ
Summary
F'din il-kawza r-rikorrenti jilmenta li hu gie mfixkel fid-dritt tieghu li jikkontesta stimi mahrugamill-intimat fis-26 ta' Dicembru, 1996, u li kienu gew notifikati lilu fit-8 ta' Jannar, 1997. Hu jinsisti li dakinhar stess baghat ittra lill-intimat fejn oggezzjona ghal dawk l-istimi kif ukoll ressaq appell mill-istess stimi ghal quddiem il-Bord tal-Appelli tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud. Skond ir-rikorrent, wara li ghadda certu zmien u ma sema' xejn mid-dipartiment, huwa mar isaqsi x'gara mill-kaz tieghu, u gie infurmat li l-appell tieghu ma kienx instab u inghata parir iressaq appell iehor.Ir-rikorrent ipprezenta dan it-tieni appell fis-27 ta' Ottubru, 1999.

Meta l-Bord tal-Appelli rcieva l-kaz u nnotifikah lill-intimat, dan ikkontesta b'talba fil-meritu, izda, qabel is-smiegh,ressaq oggezzjoni ulterjuri fis-sens li l-appell tar-rikorrent kellu jitqies null ghax ipprezentat fuori termine. Quddiem il-Bord, ir-rikorrent ressaq zewg ilmenti b'referenza ghal dan l-ostakolu procedurali: hu ssottometta li la darba l-intimat ma ressaqx dak l-aggravju fl-ewwel risposta, u anzi kkontesta l-appell fil-meritu, ma setax iqajjem dak l-aggravju “fl-istadju avvanzat tal-process”; issottometta ukoll li f'kull kaz, hu kien ipprezenta appell validu f'Jannar tal-1997, u jekk dan intilef, m'ghandux jigi punit minhabba traskuragini tad-dipartiment.

Il-Bord tal-Appell dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud iddikjara l-appell mhux validu peress li kien gie pprezentat tardivament. Ir-rikorrent ressaq appell minn din id-decizjoni quddiem il-Qorti tal-Appell fejn rega' tenna l-oggezzjonijiet ghall-eccezzjoni procedurali sollevata mill-intimat, u ressaq ilment ulterjuri fis-sens li l-Bord tal-Appelli ma tahx smiegh xieraq. Il-Qorti tal-Appell (Sede Inferjuri) cahdet dawn l-aggravjitar-rikorrent. Ir-rikorrenti issa ressaq dawn l-ilmenti tieghu quddiem din il-Qorti fil-vesti taghhata' sede kostituzzjonali.

Din il-Qorti sejra issa tistharreg l-ilmenti tar-rikorrent fil-limiti tal-gurisdizzjoni taghha. Kif jidher mill-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, materji konnessi mat-taxxa ma jaqghux fid-definizzjoni ta' “drittijiet u obbligi civili” tahtl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea. Din, pero', mhix il-pozizzjoni li hadet hawn Malta l-Qorti Kostituzzjonali. Tant hu hekk li fil-kawza “Pig Breeding Co. Ltd. vs Avukat Generali et”, deciza fis-6ta' April, 2006, intqal hekk fuq il-gurisdizzjoni ta' din il-Qorti li tistharreg fuq id-dritt ta' access quddiem it-Tribunal mahluq biex jistharreg kwistjonijiet ta' Taxxa:

‘Din il-Qorti tillimita ruhha li terga' ttenni li meta l-Istat, permezz tal-ligi, jaghti d-dritt lic-cittadin li jirrikorri biex jikkontesta l-imposizzjoni jew esazzjoni ta' taxxa quddiem tribunal kwazi-gudizzjarju u, wara, quddiem organu gudizzjarju (f'dan il-kaz il-Bord tal-Kummissarji Specjali u l-Qorti tal-Appell)tali dritt ta' access huwa fih innifsu dritt privat, b'mod li l-garanziji kemm tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni kif ukoll dawk tal-Artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni jkunu applikabbli ghal dak it-“tribunal indipendenti u imparzjali” - anke l-Bord huwa koncepit, ghall-anqas fit-teorija u mqieghed kifinhu f'parti mill-iter procedurali li jwassal ghall-Qorti tal-Appell, bhala bord indipendenti u imparzjali. Konsegwenza ta' dan hi li jekk xi dispozizzjoni ta' ligi ccahhad b'mod mhux ragjonevoli lic-cittadin minn dak id-dritt ta' access moghti lilu bil-ligi stess, dik id-dispozizzjoni tkun tikkozza maz-zewg dispozizzjonijiet appena imsemmija”.

Trattati l-aggravji tar-rikorrent, din il-Qorti ma tarax li dawn huma gustifikati. Il-kwistjoni ta' f'liema stadju parti f'appell tista' tissolleva eccezzjoni ta' nullita' tal-istess appell hija kwistjoni purament procedurali mhollija ghad-diskrezzjoni tal-istati membri biex jirregolaw. Il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem thalli l-materja ta' kif u f'liema terminu dak li jkun ghandu jressaq l-ilmenti tieghu quddiem Qorti jew tribunal kompetenti f'idejn il-legislazzjoni nazzjonali, basta li din il-procedura ma timponix restrizzjonijiet irragjonevoli ghall-ezercizzju tad-dritt.

Kif qalet il-Qorti tal-Appell f'dan il-kaz, in konformita' mal-ligi u l-gurisprudenza taghna, il-materja ta' termini imposti ghal prezentata ta' appell hi wahda ta' ordni pubblika, sollevabbli mit-tribunal adit ex officcio u, fil-kaz konkret, kieneteccezzjoni “li setghet titqajjem fl-istadju li giet sollevata”.

Din il-Qorti m'hiex “a trialcourt”, u m'ghandhiex tisma' l-provi ta' din ix-xorta hi, u l-kompetenza taghha hi biex tara jekk ir-rikorrent inghatax smigh xieraq: fuq dan il-punt, ir-rikorrent ressaq il-provi u s-sottomissjonijiet tieghu, u l-fatt li l-argumenti tieghu ma gewx abbraccjati mill-Bord tal-Appell u l-Qorti tal-Appell ma jfissirx li gie lez xi dritt tieghu.

Wara li ezaminat il-provi prodotti, din il-Qortima tarax li gie ppruvat li kien gie pprezentat appell precedenti ghal dak ta' Ottubru, 1999. Din il-Qorti tara li r-rikorrent jista' jkun li kellu l-hsieb li jressaq appell, izda ma ottemperax ruhu mal-formalitajiet rikjesti, b'mod li l-istess baqa' ma giex registrat u ma tressaqx ghal quddiem il-Bord tal-Appell. Dan ma sehhx minhabba xi traskuragini da parti ta' xi ufficjal fid-dipartiment koncernat, izda b'nuqqas tar-rikorrent stess li allura ghandu jwiegeb ghall-konsegwenzi.

Rigward l-ilment marbut mad-decizjoni tal-Bord tal-Appell li tikkancella seduta u minflok tghaddi ghad-decizjoni, din il-Qorti ma tarax li, fic-cirkostanzi tal-kaz, kien hemm ksur tad-dritt ghal smigh xieraq. Il-Bord kellu quddiemu l-provi li ressqu l-partijiet, u s-sottomissjonijiet bil-miktub li ukoll ressqu z-zewg partijiet, u deherlu li ma kellux ghalfejn jisma' l-partijiet u setgha jghaddi ghad-decizjoni.

Ghar-rigward, tad-dewmien fis-smigh tal-kaz, kollox jiddependi min-natura tal-kaz u l-atteggjament tal-partijiet. Ghalkemm kien car li dan l-appell kien gie pprezentat fuori termine, il-Board kien jehtieglu jistharreg l-allegazzjoni tar-rikorrent li hu kien ressaq appell iehor snin qabel. Din il-Qorti tinnota li minn meta beda s-smigh tal-kaz mill-Board tal-Appell, f'Ottubru 2004, sad-decizjoni finali, sentejn wara, il-kaz tmexxa bid-debita attenzjoni u regolarita', anke meta tqis ukoll talbiet ghad-differiment maghmula mill-konsulent tar-rikorrent.

Din il-Qorti tara, pero',li z-zmien ta' hames snin li ha l-Board biex jibda jisma' l-kaz kien wiehed esageratament twil. Huwa obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jahtru numru ta' Boards bizzejjed, u jaghtuhom l-istrutturimehtiega, biex id-domandi li jitressqu jkunu jistghu jigu mistharrga bl-ispeditezza u bir-reqqa litrid il-ligi. Ma inghatat ebda gustifikazzjoni valida ghala l-kaz tar-rikorrent kellu jdum hames snin biex jibda, u kwindi tara li, taht dan l-aspett, id-dritt tar-rikorrent li jkollu smigh xieraq fizmien ragjonevoli gie lez u tillikwida l-kumpens li ghandu jithallas lir-rikorrenti ghal dan il-ksurfl-ammont ta' €800.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info