eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1/2010
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
15/07/2010
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
HERRERA DR. JOSE' NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
HERRERA DR. JOSE' NOE vs AVUKAT GENERALI ET - 1/2010 - CIVILI PRIM AWLA (SEDE KOSTITUZZJONALI), MALTA
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
ARREST GUSTIFIKAT - DROGA PROJBITA - SUSPETT RAGONEVOLI
Fil-Qosor
Dan il-kaz idur fuq jekk l-arrest tar-rikorrent kienx gustifikat a bazi tal-fatt li l-awtoritajiet kellhom suspett ragjonevoli li r-rikorrent ikkommetta reat kriminali. Fil-fehma ta' din il-Qorti, dan is-suspett ragjonevoli kien jezisti f'dan il-kaz. Ir-rikorrent dahal Malta bil-pjanta khat li, ghalkemm bhala pjanta, ma kinitx ipprojbita, tikkontjeni sustanzi li kienu fil-fatt illegali. Jekk dinis-sustanza tirrendix il-pjanta kollha illecita kien punt innovattiv ghal Malta, u ma jistax jinghad li opinjoni affermattiva ghal dan il-kwezit kienet wahda illogika jew mhux irragjonevoli. Is-suspett tal-awtoritajiet gie konfermat, fil-fatt, mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) li sabet lir-rikorrent hati li dahhal Malta kwantita' ta' sustanza pprojbita; il-fatt li l-Qorti Kriminali tal-Appell irrevokat dik is-sentenza a bazi ta' opinjoni differenti ma jfissirx li l-akkuza originali kienet nieqsa minn kull ragjonament. Il-kwistjoni kienet iddur fuq interpretazzjoni legali tal-punt jekk sustanza illegali fil-pjanta, trendix l-istess pjanta illegali, punt pjuttost gdid ghall-Qrati taghna li fil-fehma ta' din il-Qorti kien jinnecesita' interpretazzjoni studjata mill-oghla Qorti kompetenti fil-materja.
La darba, f'dan il-kaz, kien jirrizulta lill-awtoritajiet li, bhala fatt, ir-rikorrent dahhal Malta pjanta li minnha wiehed jista' jestratta droga projbita, dik l-awtorita' kienet gustifikata tqis li r-rikorrent kien wettaq reat kriminali u tarrestah.
Ma jistax jinghad li fic-cirkostanzi, l-arrest kien wiehed irragjonevoli. Il-Pulizija lokali kellha quddiema persuna Somola, b'passaport Ingliz, li dahal Malta bi pjanta li minnha tista' tigi estratta d-droga cathinone u/jew cathine, droga li kienet ipprojbita milli tidhol Malta. Hu stqarr li kien behsiebu jomghod il-pjanta mal-ko-nazzjonali tieghu, kif hekk kienet id-drawwa. Kellhom, allura, informazzjoni li r-rikorrent mhux biss dahhal Malta pjanta b'sustanza ipprojbita, izda li kien se jqassam l-istess ma' persuniohra residenti f'Malta. Fil-fehma ta' din il-Qorti, l-arrest tar-rikorrent f'dawn ic-cirkostanzi kien gustifikat.
Fil-fehma ta' din il-Qorti, li r-rikorrent jibqa' jinzamm taht arrest tul il-pendenza tal-proceduri kriminali kien ukoll gustifikat. Ir-rikorrent ma kienx cittadin Malti u ma kellux indirizz fiss hawn Malta.
Hu gie hawn Malta biex jippartecipa f'festin li l-ko-nazzjonalitieghu kienu behsiebhom jaghmlu Malta. Ma kien hemm ebda garanzija li jekk jinghata l-liberta' provizorja hu kien se jattendi b'mod regolari u tempestivament ghall-udjenzi quddiem il-Qrati. Ma jirrizultax li hu kellu mezzi finanzjarji sufficjenti x'joffri bhala garanzija, u lanqas li, fil-fatt, ghamel tali offerta; lanqas ma offra garanzija personali ta' xi hadd affidabbli li kien jara li r-rikorrent jattendi l-Qorti kull meta hekk jigi mitlub.
F'dan il-kaz, is-suspett ragjonevoli ta' reat baqa' jissustixxi sad-decizjoni finali moghtija mill-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali u giemsahhah bid-decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) li sabet lill-istess rikorrent hati. Maghdudma' din il-konsiderazzjoni, kien hemm il-biza' li r-rikorrent jahrab minn Malta. Jidher ukoll li l-awtoritajiet lokali hadu hsieb li jmexxu l-kaz with special diligence, tant li r-rikorrent gie arrestat fil-lejl ta' bejn id-9 u l-10 ta' Mejju, 2008, u s-sentenza finali mill-Qorti tal-Appell inghatat sena wara, u cioe', fit-3 ta' Lulju, 2009; la hu hekk, iz-zmien ta' detenzjoni jista' u ghandu jitqies ragjonevoli.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mir-rikors tar-rikorrent nomine billi tichad l-istess, bl-ispejjez jithallsu mill-istess rikorrent nomine.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta