Reference: 55/2009

Judgement Details


Date
15/07/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
GATT VICTOR ET vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS PUBBLIKU - KERA - REKWIZIZZJONI TA FOND
Summary
F'din il-kawza, ir-rikorrenti, bhala attwali proprjetarji ta' zewg fondi gewwa l-Hamrun, qed jilmentaw mill-fatt li l-istess proprjeta', li kienet suggett ta' Ordni ta' Rekwizizzjoni li harget fl-1958, ghandha tinghata lura f'idejhom, peress li m'huwiex mehtiega aktar mill-Gvern fl-“interess pubbliku”. Dan qed jinghad ghax filwaqt li r-rekwizizzjoni originali saret biex il-proprjeta' tintuza bhalaufficcju tal-posta li dak iz-zmien kien immexxi mill-Gvern, bis-sahha tal-Avviz Legali 211 tal-1998, il-Gvern ghadda l-inkwilinat ta' din il-proprjeta' lis-socjeta' intimata li hija socjeta' kummercjali indipendenti mill-Istat ta' Malta. Ir-rikorrenti jilmentaw ukoll li, f'kull kaz, il-kera attwalita' €386.67 fis-sena “hija efimera” u ma tirriflettix il-valur lokatizju veru tal-proprjeta'.

Ir-rikorrenti qed jilmentaw mill-fatt li, kif zviluppaw l-affarijiet, huma gew imcahhda mill-proprjeta' taghhom bi ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokol ghall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u qed jitolbu li jinghataw lura l-proprjeta' taghhom u li jithallsu kumpens adegwat.

Il-Qorti qieset li s-socjeta' intimata Maltapost plc tirrikonoxxi li hi tikri din il-proprjeta' minghand ir-rikorrenti, u dan jirrizulta mill-proceduri li hi stess fethet kontra l-awtur tar-rikorrenti quddiem il-Bord li jirregola l-Kera, u mill-hlas regolari tal-kera indirizzat lill-istess missierir-rikorrenti. Oltre dan, il-Qorti ezaminat il-kuntratti u d-dokumenti l-ohra annessi mal-affidavitli ressaq ir-rikorrent Victor Gatt, u hi tal-fehma li r-rikorrenti urew, ghas-sodisfazzjon tal-Qorti, it-titolu ta' proprjeta' fuq il-fond in kwistjoni.

Ghar-rigward l-iskop pubbliku tar-rekwizizzjoni u d-detenzjoni tal-fond, din il-Qorti tara li ghalkemm is-servizz tal-posta llum qieghed jitmexxa minn kumpanija kummercjali, dan ma jtellifx l-“interess” tal-pubbliku fl-uzu kontinwu tal-proprjeta'. Din il-Qorti tara li l-privatizzazzjoni li saret tas-servizz postali bl-ebda mod ma xxellefmill-“interess pubbliku” tal-progett. L-interess pubbliku hu marbut mal-finalita' ahharija li ghaliha l-proprjeta' tkun qed tintuza.

L-assenjazzjoni tal-kirja ma saritx biex takkomoda l-interess ta' terz privat, izda l-iskop kien u baqa' wiehed fl-interess tal-generalita' tal-pubbliku. Kwindi, id-deprivazzjoni li qed isofri r-rikorrent, hija koperta bil-proviso ghall-Artikolu 1 tal-EwwelProtokoll, peress li r-rekwizizzjoni tal-proprjeta' saret fl-“interess pubbliku”, u dak l-iskop baqa' jissustixxi meta l-kirja tal-proprjeta' giet vestita fil-kumpanija intimata. Bis-sahha tal-ordni ta' rekwizizzjoni, is-sid gie dispossessat mill-fond, b'mod illi, minn mindu ssir u sakemm tibqa' ssehh ir-rekwizizzjoni, il-pussess tal-fond u d-disponibilita' ta' dak il-pussess ma hux aktar f'idejnis-sid izda f'idejn l-awtorita' rekwizizzjonanti, izda f'dan il-kaz dan sar fl-interess tal-pubblikuu hekk ghadu jsir mill-proprjeta' sal-lum.

Fil-kaz ta' llum, il-kera attwali hi ta' €32.22fix-xahar, meta hu stmat li llum il-valur lokatizzju tal-fondi hu ta' madwar €900 fix-xahar! Din il-Qorti ma tqisx dan il-pagament bhala wiehed adegwat.

Stante l-fatt li l-proprjeta' ghadha qed tintuza bhala ufficju tal-posta fl-interess pubbliku, din il-Qorti ma tarax li ghandha tipprovdi ghat-thassir tal-ordni tar-rekwizizzjoni u/jew ghar-ritorn tal-proprjeta' lis-sidien rikorrenti, u tara li minflok, ghandha tordna kumpens pekunjarju biex jaghmel tajjeb ghall-fatt li r-rikorrenti gewmcahhda minn kumpens adegwat ghal snin twal. Din il-Qorti tara li ghandha tikkalkula telf ta' rentifuq perjodu ta' 10 snin, u meta tqis telf annwali average ta' cirka €6000, tiddeciedi li r-rikorrenti ghandhom jinghataw €60,000 bhala kumpens.

Dan il-kumpens ghandu jithallas nofs kull wiehedmiz-zewg intimati, peress li kien il-Gvern li halla din is-sitwazzjoni prekarja tiperdura ghal snintwal minhabba l-ligijiet tal-kera xejn kunducenti ghall-hlas ta' kera gusta, u kienet is-socjeta' Maltapost plc li accettat u gawdiet minn din is-sitwazzjoni. Din il-Qorti tara li, b'dan il-mod ikun qed jinghata “just satisfaction” lir-rikorrenti ghal-lezjoni li soffrew fid-drittijiet taghhom.

L-ispejjez tal-kawza jithallsu terz (1/3) mir-rikorrenti u zewg terzi (2/3) mill-intimati insolidum.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info