Referenza: 40/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/04/2010
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
VELLA ANDREW ET vs KUMMISSARJU TA' L-ARTI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 1 TAL-EWWEL PROTOKOLL TAL-KONVENZJONI - ARTIKOLU 321 TAL-KODICI CIVILI - ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI - DRITT TA ART - ESPROPRJAZZJONI; SKOP PUBBLIKU - ZVILUPP TA ART
Fil-Qosor
Ir-rikorrenti jipposjedu b'mod diviz u separat porzjoni art msejha “Ta' Troppu” li qieghda fil-limiti tan-Nadur, Ghawdex. Fl-1991, il-Gvern esproprja bicca art adjacenti ghal skop pubbliku u giet zviluppata f'belvedere li giet tmiss mal-proprjeta' tar-rikorrenti li kienet f'livell aktar baxx. Meta zviluppa dan il-belvedere, il-Gvern waqqa' l-hajt tas-sejjieh li kien jiddividi l-art li akkwista u l-proprjeta' tar-rikorrenti, ghamel railings tal-hadid biex ma tigix ostakolata l-veduta u l-iskop tal-belvedere. Ir-rikorrenti, fit-termini tal-artikolu 434 tal-Kodici Civili, fethu kawza kontra l-Kummissarju tal-Art quddiem il-Qorti t'Ghawdex, fejn talbu li jittella' hajt li jiddividi l-proprjeta'taghhom ma' dik tal-Gvern.

Id-dritt ta' proprjeta' huwa dritt rikonoxxut mil-ligi domestika,u jitqies dritt li jikkomprendi l-ius utendi, ius fruendi u ius abutendi. Dan id-dritt, pero' qatt ma kien koncepit f'termini assoluti u fost il-limitazzjonijiet li nsibu fil-Kodici Civili hemm l-artikolu 321 li jiddisponi li,

“Hadd ma jista' jigi mgieghel jitlaq minn idejh il-proprjeta' tieghu jew ihalli li haddiehor jaghmel uzu minnha, hlief ghal skop pubbliku u bil-hlas ta' indenizz gust”.

Minn dan isegwi li l-proprjetarju m'ghandux dritt izomm milli tittehidlu l-proprjeta', sakemm dan it-tehid isir ghal skop pubbliku u versu kumpens gust. Id-drittijiet li l-ligi domestika taghti lill-proprjetarju huma dawk li jikkontesta l-iskop tat-tehid tal-proprjeta' tieghu u jesigi kumpens gust. M'ghandu ebda dritt li jikkontesta t-tehid ta' proprjeta' ut sic. Il-poter amministrattivtal-Gvern li jiehu taht idejh proprjeta' privata hija indiskussa u insindikabbli; dak li jista' jigikuntestat huwa l-mod kif jagixxi u r-raguni ghala ttiehdet art partikolari u l-kumpens offrut. Da hu rifless ukoll fl-artikolu 37 (1) tal-Kostituzzjoni ta' Malta li jiddisponi li hadd m'ghandu jigi mcahhad mill-proprjeta' tieghu jekk mhux versu kumpens xieraq determinabbli minn Qorti jew tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi, u fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll li hemm mal-KonvenzjoniEwropea li jghid li,

“Hadd ma ghandu jigi pprivat mill-possedimenti tieghu hlief fl-interesspubbliku.....”

Dak li ghandu dritt jikkontesta l-proprjetarju huwa l-iskop pubbliku tat-tehid tal-pussess, izda mhux id-dritt insitu fil-Gvern li jesproprja proprjeta' fl-interess pubbliku. Il-ligi domestika ta' pajjizna ma taghtix id-dritt lill-proprjetarju jikkontesta t-tehid tal-proprjeta' mill-Gvern, dment li jezistu certi kundizzjonijiet; fil-fatt id-dritt tal-proprjetarju huwa limitat biss biex jikkontesta l-ezistenza ta' dawk il-kondizzjonijiet. Minn dan isegwi li, taht il-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, ma hemmx dritt ta' smigh marbutmad-dritt ut sic tal-Gvern li jesproprja art ta' terzi.

Id-dritt tac-cittadin ghal smigh xieraq jezisti meta tkun kwistjoni dwar determinazzjoni tad-drittijiet civili tieghu, mentri fil-kaz ta' esproprju, ic-cittadin m'ghandux dritt jostakola lill-Gvern u lanqas li jkun mismugh; id-drittijiet tac-cittadin huma marbuta mal-htiega li l-esproprjazzjoni verament tkun mehtiega ghal skop pubbliku, l-istess isir kif trid il-ligi u li jinghata kumpens adegwat.

Ir-rikorrenti, b'dawn il-proceduri, mhux qed jikkontestaw ir-regolarita' procedurali tal-esproprju, u lanqas f'dan l-istadju,l-adeguatezza tal-kumpens offrut izda l-iskop li ghalih sar l-esproprju u l-mod ta' kif sar.

Skont il-ligi, senjament, il-Kap. 88 tal-Ligijiet ta' Malta, il-Kummissarju tal-Artijiet ma hu bl-ebda mod obbligat li jikkonsulta ruhu jew jaghti smigh lill-persuni interessati, inkluz is-sidien, qabel ivarja l-procedura ta' esproprijazzjoni. Lanqas il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea ma jirrikjedu dan, basta li l-process isir fl-interess pubbliku u s-sidien jinghataw kumpens gust.

Trattat issa l-iskop tal-esproprju in kwistjoni, din il-Qorti tara li l-intimati irnexxielhom jissodisfaw dan l-oneru mixhut fuqhom, u wrew li l-interess pubbliku kien jiggustifika l-esproprju kontestat. Mill-provi jirrizulta li fl-1984, il-Gvern ta' dak iz-zmien, kien nieda politika ghall-protezzjoni tal-ambjent, u t-Town Planning Division tal-Ministeru ghall-Izvilupp tal-Infrastruttura kien haregavviz lill-pubbliku biex min hu interessat japplika ghal areas li jkollhom bellezza naturali.

Ir-rikorrenti riedu jizviluppaw l-art taghhom li tigi taht il-belvedere. L-applikazzjonijiet taghhom gew michuda mill-Awtorita' Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), peress li qiesu li s-sit makienx zviluppabbli u kienet green area; kienet area li tinsab go development zone, pero' fi “green area - no buildings”. B'hekk, il-permess ghall-izvilupp tal-belvedere seta' johrog, izda mhux ghall-bini. Apparti dan, ir-rikorrenti riedu jtellghu hajt divizorju li jifred l-art taghhom u l-art tal-Gvern, zviluppata f'belvedere, u wara li ma sarx ftehim fuq dan, fethu kawza fil-Qrati t'Ghawdex biexikunu awtorizzati jtellghu il-hajt; fil-kontumacja tal-Kummissarju tal-Artijiet, il-Qorti awtorizzat it-tlugh tal-hajt sal-gholi indikat minnha.

Il-Gvern wera traskuragni kbira li ma kkontestax dik il-kawza, pero', meta ra li, bit-tlugh tal-hajt, kien se jigi ppregudikat il-belvedere u l-iskop tal-esproprjazzjoni li saret fl-1991, ra x'ghamel biex “ikkorega” ghan-nuqqasijiet tieghu u jsalva l-progett, u hareg l-ordni tal-esproprju tal-2008. Fil-fehma tal-Qorti, dan l-esproprju kien mehtieg fl-interess pubbliku, ghax darba sehhet l-esproprju tal-1991, u din la ma giet bl-ebda mod kontestata, saret definittivament ghal skop pubbliku, kien mehtieg li dak l-iskop jibqa' effettiv u biexisir dan kellha ssir l-esproprjazzjoni tal-2008. Ma hemm xejn hazin li, meta l-Gvern jara li progettmniedi zmien ilu, ikun se jkollu l-effetti tieghu sfrustrati, li jipprova jirrimedja ghall-istess.Il-Gvern jista' jirrimedja anke ghan-nuqqasijiet tieghu. Hekk, per ezempju jekk il-Gvern jesproprjaart b'titolu ta' uzu u joffri kera baxxa, liema esproprju jigi dikjarat li jkun jikser id-drittijietfundamentali tas-sid, il-Gvern ma jaghmel xejn hazin jekk jittenta jesproprja l-istess proprjeta' b'titolu ta' dominju pubbliku u joffri kumpens akbar - dejjem jekk l-iskop ikun wiehed ta' interess generali.

F'dan il-kaz, il-Gvern sab ruhu f'sitwazzjoni fejn intwera li l-esproprjazzjoni lisaret fl-1991 ma kinitx bizzejjed biex twassal ghall-iskop taghha, ghax billi kien ha art tal-knisjau mhux tar-rikorrenti adjacenti, sab li bil-hajt li riedu jtellghu r-rikorrenti fuq il-konfini, il-progett se jisfuma fix-xejn, ghax tigi ostakolata l-veduta li l-Gvern ried jipprotegi bl-esproprju li sar fl-1991. Hu veru li kieku l-Gvern ippartecipa b'mod attiv fil-kawza li fethu r-rikorrenti biexjinbena l-hajt divizorju, is-sitwazzjoni prezenti, forsi kienet tigi evitata, pero' jibqa' l-fatt li la darba fl-1991 kienet saret esproprjazzjoni ghal skop pubbliku, fl-2008 kien mehtieg esproprju iehor ghall-istess skop pubbliku li kien jezisti fl-1991 u li baqa' mhux kontestat. Biex jinholoq belvedere fl-interess generali hu certament progett fl-interess pubbliku u biex dan il-progett jibqa' effettiv u gawdut, ghandu, ghalhekk jitqies agir fl-interess pubbliku.

La darba mill-esproprijazzjoni se jgawdi l-poplu Malti u Ghawdxi kollu b'mod generali, l-iskop jibqa' wiehed accettat, avolja jista' jkun hemm xi individwi li jistghu jgawdu aktar mill-ohrajn mit-twettiq tal-istess progett. It-tehid tal-art f'dan il-kaz ma saritx biex takkomoda l-interessi purament personali ta' terzi privati, izda bl-iskop li ghandu x'jaqsam ma jew jiswa' ghall-interess jew qadi tal-pubbliku. Inoltre,kif inghad, l-iskop tal-esproprijazzjoni li saret fl-2008 kien biex jibqa' fis-sehh l-iskop tal-esproprijazzjoni li saret fl-1991, u din l-ahhar esproprijazzjoni u l-iskop tieghu qatt ma gew kontestati.

Ghar-rigward tal-ilment dwar diskriminazzjoni, bazata fuq il-fehmiet politici tar-rikorrenti, din il-Qorti ssib li dan l-ilment ukoll mhux gustifikat. L-interess huwa privat meta m'ghanduxapplikazzjoni ghall-generalita' tac-cittadini, tal-universalita' tal-pubbliku fl-Istat. Fil-kaz tahtl-ezami, l-esproprjazzjoni, anke bil-mod li saret u meta saret, manifestament kellha applikazzjonita' beneficcju ghall-kollettivita'.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mit-talbiet kontenuti fir-rikors tar-rikorrenti billi tichad l-istess, bl-ispejjez kontra l-istess rikorrenti in solidum.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni