6.38.0.0
eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 30/2007
Download
Judgement Details
Date
06/05/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
SAID FRANCIS vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
SAID FRANCIS vs L-AVUKAT GENERALI - 30/2007 - CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION), MALTA
Appealed Details
Appealed
Yes
Keywords / Summary
Keywords
SMIGH XIERAQ MINN QORTI INDIPENDENTI U IMPARZJALI FI ZMIEN RAGONEVOLI
Summary
Fil-kaz in ezami r-rikorrent qed jitlob li l-Qorti tiddikjara li l-proceduri kriminali kontra tieghuikkawzawlu lezjoni tad-drittijiet fundamentali tieghu ghal smigh xieraq fi zmien ragonevoli u vjolazzjonijiet ta' l-Artikoli 39 u 36 tal-Kostituzzjoni u 6 u 3 tal-Kap 319, u talab ghalhekk dawk ir-rimedji effettivi u opportuni. Il-fatti jirreferu ghall-fatt li r-rikorrent kien gie arrestat u prezentat quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali taht diversi akkuzi u wara55 seduta taht diversi Magistrati, il-kaz gie deciz. Il-kawza damet 8 snien biex tigi deciza biex finalment hu gie liberat mill-akkuzi kollha dedotti kontrih.
Sabiex wiehed jara tirruzltax lezjoni tad-drittijiet ghal smigh xieraq minhabba dewmien jinghad li minn diversi sentenzi lokali u internazzjonali irrizulta li biex jigi determinat dan l-aspett wiehed irid jara:
1)Natura jew komplessita` tal-kaz in kwistjoni;
2)Kondotta tal-partijiet fil-kawza;
3)Mod kif dawk il-proceduri gew trattati u kondotti mill-awtorita` Gudizzjarja stess.
It-tul ta' snin biss mhux necessarjament iwassal ghall-konkluzjoni ta' lezjoni ta' dritt. Huwa veru wkoll li l-fatt li persuna tigi liberata ma jfissirx li l-proceduri kienu frivoli jew vessatorji. Ma hemmx termini rigidi u pre-determinati ghas-sinifikat tal-kliem zmien ragonevoli.
Din il-Qorti thoss li fl-interess ta' l-akkuzat u tas-socjeta`, jekk jista' jkun, ikun l-istess gudikant li jibda jisma' u jispicca jisma' proceduri. Tifhem il-Qorti li hafna drabi ghalkemm dan huwa desiderabbli, mhux dejjem possibbli, izda ghandu jsir sforz mill-awtoritajiet biex din ir-regola ma tinkisirx la fil-kamp civili u specjalment fil-kamp kriminali. Fil-kaz in ezami kien hemm 5 Magistrati li kellhom x'jaqsmu mal-kaz, u dan necessarjament wassal ghal telf ta' zmien.
Il-Qorti thoss ghalhekk li t-trapass ta' 8 snin fil-kaz de quo kien wiehed ingustifikat u irragonevoli, specjalment in vista tal-fatt li ma kien hemmxejn daqshekk kumpless fil-mertu tal-kawza. Huwa veru li proceduri kriminali dejjem jinvolvu certudelikatezza izda certament il-Qorti thoss li din il-kawza setghet tigi konkluza f'nofs iz-zmien lidamet.
Ir-rikorrent ihoss li hu kellu trattament inuman u degradanti ghax iqis li mill-assjem tal-kaz kollu, inkluz it-tmexxija tal-proceduri mill-prosekuzzjoni u l-ghajdut li kien hemm fuqu,hu sofra danni morali, ansjeta`, frustrazzjoni u incertezza.
Fil-kaz in ezami, il-Qorti massibx li kien hemm severe mental or physical suffering, u anqas hemm gross humiliation, anqas atti li jgieghlu lill-imputat imur kontra l-volonta` tieghu jew il-kuxjenza.
Biex tasal ghas-somma jew kumpens gust, il-Qorti ghandha tqis is-segwenti kriterji, u cioe`:
a)f'dan il-kaz id-dewmien ingustifikat ma kienx wiehed marginali izda kien wiehed inordinatament twil u eccessiv;
b)il-kawza kienet wahda ta' natura kriminali;
c)id-dewmien fl-ghoti tas-sentenza necessarjament ikkawzastat ta' incertezza, frsutrazzjoni, qtigh ta' qalb u ansjeta`;
d)ir-rikorrenti ma intraprenda l-ebda inizjattiva biex jissollecita speditezza fl-andament tal-kawza tieghu u dan hlief fil-proceduraodjerna.
Fil-kaz in ezami irrizulta b'mod car li r-rikorrent kien ipprova jissollecita l-proceduri.
Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li l-proceduri fl-ismijiet Il-Pulizija (SpetturJoseph Cordina) vs Francis Said' deciza fit-28 ta' Marzu 2006 fil-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhalaQorti Guridikatura Kriminali gew lezi d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti ghal smigh xieraq minn Qorti indipendenti u imparzjali fi zmien ragonevoli u tad-dritt li ma jkunx soggettat ghal trattament inuman jew degradanti. Ma tilqax it-talba ghad-dikjarazzjoni riferibbli ghall-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni u 3 tal-Konvenzjoni, izda tiddikjara li sehhu vjolazzjonijiet ta' l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem. Bhala rimedju, thoss li ghandha taghti kumpens pekunjarju lir-rikorrent fl-ammont ta' 12,000.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It