Referenza: 807/1983/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
XUEREB GEORGE vs XUEREB DOROTHY MART GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANDAT IN FACTUM - MANDAT IN FACTUM, OBBLIGAZIONE DI DARE - MANDAT IN FACTUM, OBBLIGAZIONE DI FARE - OBBLIGAZIONE DI DARE - OBBLIGAZIONE DI FARE
Fil-Qosor
It-talba ghall-hrug ta' mandat in factum ghandha ssir permezz ta' citazzjoni, u ghandha tkun preceduta minn sentenza li tkun ikkundannat lill-konvenut sabiex jesegwixxi xi att, li jibqa' mhux esegwit,u il-Qorti trid tara li tali mandat huwa necessarju sabiex tigi esegwita s-sentenza u dan gie affermat fis-sentenza.

Il-mandat infactum ma jistax johrog hlief wara talba permezz ta' citazzjoniad hoc nonostante t-titolu esekuttiv li jkun ottjena l-kreditur sabiex il-Qorti taccerta ruhha li jezistu il-presupposti ghall-hrug tal-istess mandat u cioe' li l-istess konvenut kien ikkundannat b'sentenza sabiex jaghmel xi att hemm ordnat fil-konfront tal-attur, u sabiex tivverifika li fil-fatt dan l-att verament ma sehhx in konformita' mal-istess sentenza indikata, u fit-tieni lok sabiex jigistabbilit jekk tali mandat huwiex mehtieg sabiex tassigura l-esekuzzjoni ta' tali fatt.

Il-Qorti trid tassikura ruhha qabel ma taghti l-ordni ghal hrug ta' mandat in factum li l-obbligazzjoni indikata fis-sentenza ma tkunx wahda ta' hlas u lanqas sabiex tigi moghtija xi haga determinata (obbligazione di dare), izda ghandha tikkonsisti fil-kompjiment ta' att personali ghall-istess debitur (obbligazione di fare), u jrid jigi accertat ukoll li jekk gewx esegwiti mezzi ohra ta' esekuzzjoni jekk dan ikun possibbli fic-cirkostanzi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni