Referenza: 104/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/11/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CAMILLERI EMANUEL, FARRUGIA MANWELI SIVE EMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONTROLL FUQ IL-KAMBJU - TENTATTIV, INKLUZ FL-AKKUZA TAR-REAT KONSUMAT
Fil-Qosor
Huwa principju elementari li meta persuna tkun akkuzata b'reat bhala awtur ta' dak ir-reat, qorti ta' gustizzja kriminali tista` ssib lil dik il-persuna hatja mhux bhala awtur izda bhala komplici f'dak ir-reat, jew inkella flok hatja tar-reat ikkunsmat hatja biss ta' tentattiv ta' dak ir-reat. Ir-regoli imsemmija fis-subartikoli (2) u (4) tal-Artikolu 467 tal-Kodici Kriminali gew dejjem ritenuti li japplikaw ghall-Qrati ta' Gustizzja Kriminali kollha.

Ghall-finijiet tas-subartikoli (1) u(2) ta' l-Artikolu 11 tal-Kap. 233 (Att dwar il-Kontroll fuq il-Kambju), huwa bizzejjed li l-prosekuzzjoni tipprova li kien hemm l-importazzjoni jew esportazzjoni (jew it-tentattiv ta' importazzjonijew ta' esportazzjoni) tal-oggetti msemmija f'dawk id-disposizzjonijiet, u huwa l-akkuzat li, jekk kien hemm il-permess relattiv, ghandu jgib dak il-permess bhala difiza. In fatti dawn iz-zewg subartikoli jistabilixxu r-regola li ".ebda persuna ma ghandha.ecc", u li ghalhekk il-permess tal-Ministruhuwa l-eccezzjoni.

Fil-ligi taghna il-fatt li ligi timponi fuq persuna akkuzata il-piz tal-prova ta' fatti partikolari ma jmurx kontra d-dritt fondamentali tal-presunzjoni ta' l-innocenza (arail-partita numru 1 tat-Tieni Skeda tal-Kap. 319 u l-proviso tas-subartikolu (5) tal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni