6.38.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 129/1998/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
26/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CAMILLERI PAUL vs BORG JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
CAMILLERI PAUL vs BORG JOSEPH - 129/1998/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), BOARDS
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, GARAGE JIKKOMPRENDI MAHZEN GHALL-UZU KUMMERCJALI
Fil-Qosor
Din il-Qorti tibda' biex tafferma li hija l-prassi ormai stabbilita taghha li sakemm ma jkunux jezistu raguni jew ragunjiet li juru u jiddettaw xort'ohra, hija kemm jista' jkun ma tiddisturbax dik l-evalwazzjoni tal-provi prodotti u mismugha mill-Bord li Jirregola l-Kera, u li allura jkun fl-ahjar qaghda li jgharbel u jevalwa l-istess provi. Dan maghdud, il-Qorti dejjem tirrevedi l-provi akkwiziti darba li l-aggravji jikkoncernaw l-istess provi.
Fir-rikors promotorju l-premessa ewlenijatal-appellant kienet li l-fond de quo kien jinsab b'kera ghand l-appellat bhala garaxx u li l-inkwilin biddel din id-destinazzjoni billi beda jaghmel uzu regolari minnu bhala mahzen u jahdem minnuu dan minghajr l-awtorizzazzjoni u l-kunsens tieghu bhala s-sid.
Din il-Qorti hija tal-fehma li dak li gie kkostatat u finalment konkluz mill-ewwel Tribunal kien gust u korrett. Il-Qorti mataqbilx mal-asserzjoni tal-appellant fejn ried jaghtiha x'tifhem li l-Bord strah unikament fuq dak li sehh fi procedura ohra quddiem l-istess Bord fejn il-fond de quo gie deskritt, bla ma gie kkontestat mill-appellant, bhala wiehed kummercjali.
Il-Bord hass li kellu jelabora li oltre li d-dokumenti esebiti kienu gja juru li l-fond lokat kien ghal skopijiet kummercjali, kompriz dak ta' magazzinagg tal-ghodod tax-xoghol, ix-xhieda akkwizita ukoll kienet preponderatament turi li hekk kienul-fatti. L-appellant ghandu kull dritt li ma jaqbilx ma' din il-kostatazzjoni imma dan mhux bizzejjed ghall-fini ta' grad ta' prova rikjesta biex dak li jahseb hu jekwivali mar-realta' tal-fatti. Mill-bqija huwa ben stabbilit ormai li t-terminu garage li jidher fir-ricevuti tal-kera huwa wiehednewtru u generiku u jikkomprendi fih anke mahzen ghall-uzu kummercjali.
Ghaldaqstant, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fil-kawza fl-ismijietpremessi fis-7 ta' Dicembru, 2000, din il-Qorti tal-Appell tichad l-appell tar-rikorrent appellantbl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta