Reference: 2113/1997/1

Judgement Details


Date
26/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
STAR DEVELOPMENTS LIMITED vs CARTER HECTOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPETENZA TA QORTI
Summary
L-aggravju tal-attur nomine appellant hu li filwaqt li l-ewwel Qorti kienet iddifferiet il-kawza ghal sentenza preliminari, din spiccat biex issollevat marte proprio l-inkompetenza taghha ratione materiae, bla ma giet mitluba u kwindi ddecidiet punt ultra petita, bir-rizultat finali li l-appellantinomine gie rinfaccjat b'decizjoni ta' inkompetenza, meta lanqas din ma kienet f'lokha minn punto divista ta' dritt.

Dwar il-parti tal-aggravju li l-ewwel Qorti ma setghetx tqajjem l-eccezzjonita' inkompetenza ratione materiae, din il-Qorti tal-Appell hi tal-fehma li dan hu argument zbaljatghar-raguni li l-kompetenza o meno ta' Qorti hija wahda ta' ordni pubbliku u jekk Qorti jidhrilha lil-materja in kawza mhijiex fil-kompetenza taghha tista' tqajjem hi dan il-punt “ex ufficio”, kif jidher proprju li sar f'din il-kawza.

Fejn pero' ma taqbilx din il-Qorti mal-ewwel Qorti hu lidarba li l-partijiet sa mill-bidunett tal-procedura kienu ghamlu riferenza ghall-ewwel eccezzjoni tal-konvenuti appellati u nformaw lill-Qorti “illi kien hemm kawza pendenti quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili, dik il-Qorti messha ssoprasjediet.

Fil-fehma ta' din il-Qorti, darba li kien qieghed jigi attakkat gudizjarjament il-kuntratt tas-7 ta' Marzu 1988 fl-atti tan-Nutar Marthese Feliceiffirmat bejn Hector u Albert Carter u Joseph Peter Scifo u billi wkoll ma jidrilhiex li minn kif formulat l-avviz promotorju bilfors kellu jitqanqal il-kwistjoni tat-titlu o meno, din il-Qorti allura jidhrilha li fic-cirkostanzi dak li messu sar kien li fl-ewwel lok dik l-ewwel Qorti tissopprasjedi sakemm tinqata' l-kawza l-ohra surreferita u mbaghad wara tinvita lill-partijiet kontendenti biexjaghmlu s-sottomissjonijiet taghhom fid-dawl tal-gudikat li jkun nel frattemp inghata fil-kawza l-ohra.

Minbarra dan, kien ikun ukoll aktar xieraq li qabel mal-Qorti tghaddi biex tvarja l-posizzjoni li hadet dwar li taghti provvediment, imbaghad ghal sentenza u wara sentenza preliminari litaccerta ruhha li l-partijiet ikunu qabel xejn fehmu jew qeghdin almenu jsegwu x'kien l-ahhar intendiment qabel ma hija tippronunzja ruhha definittivament fuq punt li effettivament gie ssollevat mill-Qorti wahdiha.

Fic-cirkostanzi ghalhekk, din il-Qorti jidhrilha li huwa kaz fejn l-imsemmijasentenza ghandha tigi revokata biex minflokha - jekk il-kawza l-ohra ghadha ma gietx deciza - tinghata s-soprasessjoni.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi billi tilqa' l-appell tas-socjeta' attrici u ghalhekk qeghda tirrevoka s-sentenza appellata, b'dana pero' li qeghda tiddikjara l-bqija tat-talba tal-appellanti bhala prematura u ghalhekk qeghda tordna li ghalissa l-atti jigurimessi quddiem l-ewwel Qorti biex fil-kaz li l-kawza l-ohra surreferita ghandha ma gietx determinata tordna s-soprassessjoni ta' din il-kawza, u fil-kaz li nel frattemp il-kawza l-ohra giet deciza ughaddiet in gudikat, f'dak il-kaz tisma' s-sottomissjonijiet tal-partijiet kontendenti mill-gdid u wara taghti d-decizjoni taghha skont il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info