Reference: 33/2005

Judgement Details


Date
23/03/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMENZULI CARMEL SIVE CHARLES ET vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ZGUMBRAMENT
Summary
Terminu ta` 20 jum huwa moghti lill-konvenut f`kawza biex iressaq il-kontestazzjoni tieghu ghat-talbiet tal-attur imressqa fil-konfront tieghu. Dan it-terminu huwa moghti wkoll lill min ihossu aggravat b`sentenza tal-Prim`Awla tal-Qorti Civili biex minnha jressaq appell quddiem l-Onorabbli Qorti tal-Appell. Kwindi hu terminu gust biex persuna milquta b`ordni ta` zgumbrament mahruga mill-Kummissarju tal-Artijiet tikkontesta l-istess ordni.

Fil-kaz meritu ta` din il-kawza, jirrizulta li l-post in kwistjoni kien inkera lil Salvina Camenzuli, wara l-mewt ta` zewgha, fl-10 ta` April, 1997.Fil-15 ta` Dicembru, 2004, din giet infurmata li l-kirja ma kienetx se tigi mgedda wara l-31 ta` Marzu, 2005. Salvina Camenzuli kif ukoll zewgt itfal bniet taghha accettaw akkomodazzjoni alternattiva, hargu mill-fond in kwistjoni u ffirmaw ftehim gdid ta` kirja. Ir-rikorrent Charles Camenzuli ma accettax li johrog mill-fond meritu ta` din il-kawza u baqa` joqghod fid-dar flimkien ma` martu. Fil-5 ta` Mejju, 2005, ir-rikorrenti gew servuti b`ordni ta` zgumbrament skond il-Kap. 228, u gew moghtija seba` tijiem sabiex johorgu mid-dar.

Din il-Qorti tara li terminu ta` seba` tijiem hu qasir wisq u mhux ragjonevoli biex dak li jkun jikkonsulta ruhu u jibda l-proceduri appositi biex jattakka l-ordni tal-Kummissarju tal-Art. Kif jinghad fil-ktieb ta` Harris & Warbrick, “Law of the European Convention on Human Rights” (Butterworths, 1995 Ed.) f`pagna 198:

“to be effective, the right of access also requires that a person be given personal and reasonable notice of an administrative decision that interferes with his civil rights and obligations so that he has time to challenge it in court”.

Fil-fehma ta` din il-Qorti, iz-zmien moghti ghandu jkun, tal-anqas, ta` 20 jum,biex dak li jkun jipprepara il-kaz tieghu ghal quddiem il-Qrati. Mhux rilevanti li l-intenzjoni litigi terminata l-kirja giet manifestata mill-Awtoritajiet kompetenti xhur qabel (b`ittra tal-15 ta`Dicembru, 2004), ghax intima li l-kirja mhux se tiggedded mhux l-istess bhal ordni ta` zgumbrament fi zmien seba` tijiem! Tal-ewwel taghti x`tifhem li, f`kaz ta` kontestazzjoni, l-kaz jitressaq il-Qorti ghal decizjoni, pero`, it-tieni ma thallhiex lok ghal dan, ghax hi ordni ezekuttiva b`sahha ta`ligi li taghti lill-Kummissarju tal-Art l-poter li anke juza l-assistenza tal-Pulizija Ezekuttiva biex jizgombra mill-fond lil kull min isib in okkupazzjoni. Ir-rikorrenti kellhom jinghataw il-possibilita` li jimpunjaw dik l-ordni mahruga skond l-Att tal-1972 dwar Zgumbrament minn Artijiet; dan, f`dan il-kaz, ma inghatax. Minkejja l-fatt li jidher li l-Kummissarju ma hax passi mmedjati biex jizgombra lir-rikorrenti, iz-zmien moghti hu, fil-fehma ta` din il-Qorti, irrizorju u mhux ragjonevoli biex wiehed jistenna li r-rikorrenti jipprocedu gudizzjarjament biex iwaqqfu l-ezekuzzjoni ta` dak l-ordni.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mill-kawza billi tichad l-ewwel talba tar-rikorrenti, pero` tilqa` it-tieni talba taghhom u tiddikjara bhala nulla u bla effett u tikkancella l-ordnital-Kummissarju tal-Artijiet mahruga fil-konfront tar-rikorrenti fil-5 ta` Mejju, 2005, u tpoggi lill-partijiet fil-pozizzjoni li kienu qabel il-hrug ta` dik l-ordni; oltre dan, din il-Qorti ma taraxli, fic-cirkustanzi, hemm lok ta` hlas ta` xi danni a favor ir-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info