Referenza: 271/1993/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/10/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CUSCHIERI LORENZO SIVE LORRY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PIENA, REAT KONTINWAT - PRESKRIZZJONI, REAT KONTINWAT
Fil-Qosor
Ir-reat kontinwat huwa finzjoni legali krejata essenzjalment ghall-beneficcju ta' l-akkuzat b'pienaindeterminata li tigi komminata biss bhala mizura esklussivament diskrezzjonali wara li jigu ppruvati bhala punibbli oltre kull dubju ragonevoli ir-reati individwali komponenti tieghu kif ukoll ippruvata l-ezistenza ta' rizoluzzjoni kriminuza wahda li tinkatena dawk ir-reati ma' xulxin. Fir-reatkontinwat innifsu ma jikkonkorrux dawk l-elementi essenzjali sabiex jista' jinghad li huwa reat b'ezistenza awtonoma. Invece huwa car li r-reat kontinwat, bhala finzjoni legali, huwa biss cirkostanza ta' fatt illi, meta tigi stabbilita, tinduci eccezzjoni ghall-konkorrenza tar-reati u l-kumulu ta' pieni relattivi.

Anki kieku kellu jigi accettat li l-kontinwita' hija cirkostanza aggravanti, u li din ghandha tittiehed in konsiderazzjoni sabiex tigi ffissata l-piena applikabbli ghall-finijiet tal-preskrizzjoni, xorta wahda din il-Qorti ma tistax tasal ghall-konkluzzjoni li dik il-pienahija sostenibbli jekk is-singoli reati jkunu diga' jinsabu preskritti skond it-terminu ordinarju stabbilit ghalihom mill-Kodici. Altrimenti, kull konkluzzjoni differenti twassal ghall-assurdita' legali li jigu maghqudin bil-kontinwita' reati li jkunu individwalment impunibbli ghaliex gia preskritti u fejn in-ness ta' l-istess rizoluzzjoni essenzjali ghar-reat kontinwat, ikun gie, ma' kull skadenza tal-preskrizzjoni ghar-reat individwali, irrevokabbilment miksur jew eliminat.

L-kontinwita' fir-reati tigi konsidrata bhala mitigazzjoni tal-piena li altrimenti tkun kumulattiva. Matistax il-prosekuzzjoni tuza l-element tal-kontinwita' biex dak li altrimenti jkun preskritt takkwistah bhala ma huwiex fuq is-semplici bazi li minhabba l-kontinwita' l-piena applikabbli tista' u mhuxnecessarjament ghandha tigi awmentata bl-gradi li hemm imsemmi fl-art. 18 tal-Kodici Kriminali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni