Reference: 128/2001/1

Judgement Details


Date
22/10/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
VELLA PATRICK
Parties
IL-PULIZIJA vs ABDELLATIF MARSOUKI HACHEMI BEYA BENT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SPERGUR, GURAMENT FALZ - SPERGUR, INKJESTA MAGISTERJALI - SPERGUR, KOAZZJONI - SPERGUR, RITRATTAZZJONI
Summary
Tezisti distinzjoni bejn ir-reat ta` spergur (testimonjanza falza jew `legal perjury`) u r-reat ta'gurament falz (`extra judicial perjury`). Bazikament, id-differenza hi li min jixhed falz waqt kawza (ai termini ta' l-Artikoli 104{1} u 105) ma jitqiesx mil-ligi li dak l-agir tieghu jikkostitwixxibiss 'gurament falz', sic et simpliciter, izda jikkostitwixxi 'spergur', cioe', falza testimonjanza;mentre min jiehu gurament falz f'dawk l-okkazzjonijiet l-ohra li mhumiex waqt kawza (ai termini ta'l-Artikolu 108 {1} tal-Kap.9), hemm ikun qed jiehu gurament falz, izda ma jkunx qed jikkommetti d-delitt aktar serju ta' spergur fi-kontest ta' l-imsemmija Artikoli 104 (1) u 105.

Sabiex ikunhemm ir-reat ta` spergur ix-xhieda falza trid tkun inghatat fi proceduri fejn hemm persuna akkuzata.Irid mela jkun hemm necessarjament 'a criminal charge to be answered'. Ghalhekk fost l-elementi mehtiega sabiex jissussisti dan ir-reat ta'spergur taht l-Artikoli 104 (1) u 105 tal-Kap. 9, necessarjament tali xhieda falza trid tkun giet moghtija fil-kors ta'proceduri kriminali fejn hemm persuna akkuzata b'reat u fejn irid jigi diterminat jekk dik il-persuna hiex kriminalment responsabbli jew leghal dak li hi akkuzata bih.

Inkjesta Magisterjali ma taqghax fid-definizzjoni ta'proceduri kriminali ai fini ta' l-imsemmija Artikoli.

Jekk waqt li qed jixhed fi proceduri kontrih, l-akkuzat jaghmel xi testimonjanza falza, hu jkun qed jikkommetti dan ir-reat ta'spergur taht l-Artikolu 104 (1) jew 105 tal-Kap. 9.

Id-duttrina ta' 'retraction', ghalkemm ma tirrizultax daqstantcara mill-Kodici Kriminali, fil-prattika giet accettatha mill-Qrati taghna f'kazijiet ta'spergur. L-Artikolu 522 (1) tal-Kodici Kriminali jaghti s-setgha lill-Qorti sabiex fid-diskrezzjoni taghha tmexxi lejn is-sewwa kull xhud li jhawwad fix-xhieda tieghu, dan billi twissih, twarrbu, eccetera. L-Artikolu 104 (3) tal-Kap. 9, moqri flimkien mal-proviso tas-subartikolu (2) ta' l-istess Artikolu 104,juri bic-car l-intenzjoni tal-legislatur li meta xhud jerga' lura mix-xhieda falza li jkun ta, b'mod li tali ritrattazzjoni tibbenfika xi persuna akkuzata u misjuba hatja in bazi tax-xhieda falza tieghu, u qabel ma tigi esegwita dik is-sentenza, allura tali ritrattazzjoni tibbenefika wkoll lil dakix-xhud li jregga' lura x-xhieda falza tieghu, dan ghal dak li jirrigwarda l-piena anqas li hu soggett ghaliha f'tali kaz a differenza tal-piena akbar soggett ghaliha meta jinstab hati ta' dak l-ispergur minghajr ma jkun reggha lura x-xhieda falza tieghu. Moqrija flimkien dawn iz-zewg Artikoli separati fil-Kodici Kriminali kjarament juru li l-legislatur ried jaghti l-opportunita' jew incentiv lix-xhud li xehed falz sabiex iregga' lura dik ix-xhieda tieghu

Mhux kull tip ta' ritrattazzjonihija accettabbli fis-sens li din dejjem tibbenefika lix-xhud li jregga lura mix-xhieda falza tieghu. Hemm certi rekwiziti li jridu jigu sodisfatti sabiex din il-linja difensjonali tirnexxi. Ta'min ifakkar li kif jirrizulta mill-gurisprudenza, l-effett tar-ritrattazzjoni hu li din tinnewtralizza ghall-kollox ir-reat ta' spergur

Issa sabiex tali 'retraction' tinnewtralizza d-delitt ta'spergur, hu ovvju li tali ritrattazzjoni necessarjament ghandha issir qabel ma l-proceduri kriminali jkungew decizi, trid issir b'mod volontarju, cioe' ma jigi mgieghel jew kostrett minn hadd. Mhux essenzjali li jaghmel hekk b'mod spontaneu ukoll.Issa apparti li r-ritrattazzjoni trid tkun wahda volontarja u maghmulha qabel ma jispiccaw il-proceduri, huwa essenzjali wkoll li din tkun esplicita, kompleta w inkondizzjonata.

Din id-duttrina tar-"retraction" tapplika biss ghar-rigward ir-reat ta'spergur taht l-Artikoli 104 (1) u 105 tal-Kap. 9, u ma tapplikax ghar-rigward ir-reat ta'gurament falz taht l-Artikolu 108 (1) tal-Kap. 9.

Il-linja difensjonali tal-'coercion', jew, kif imsejjha bil-Malti, tal-'koazzjoni', tfisser, fi kliem semplici, li xi hadd ikun sfurzat, jigi mgieghel, li jaghmel xi haga kontra l-volonta' tieghu, li jaghmel xi haga li normalment jew altrimenti ma kienxjaghmel. Trid tkun forza barranija gejja minn haddiehor, kompletament indipendenti minn min jaghmell-att materjali. Trid tkun forza li certament u necessarjament trid tkun prezenti fil-waqt li l-bniedem li fuqu tkun qed issir din il-forza barranija qieghed effettivament jaghmel l-att materjali, id-delitt fl-element materjali tieghu, u mhux gejja minn xi zmien minn qabel biss.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info