Referenza: 145/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/02/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
AXEL JOHNSON INTERNATIONAL AB NOE vs ALUMINIUM EXTRUSIONS LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, LIS ALIBI PENDENS - ECCEZZJONIJIET, SOPRASESSJONI
Fil-Qosor
L-eccezzjoni ta' soprasessjoni fis-sens illi l-Qorti ghandha tieqaf milli tkompli tisma' kawza bhala tali, fis-sistema taghna m'hijiex kontemplata, ghaliex l-eccezzjoni li l-Kodici ta' Procedura Civili - Kap. 12 jikkontempla, hija l-eccezzjoni maghrufa bhala lis alibi pendens li pero' - kif jidher sewwa mill-artikoli 792 sa 794 - tirriferixxi ghal dik is-sitwazzjoni guridika li tinholoq: "Meta titressaq kawza quddiem qorti kompetenti, wara li tkun tressqet kawza ohra fuq l-istessoggett quddiem qorti kompetenti ohra, il-kawza imressqa l-ahhar tista' tigi mibghuta lil dik il-qorti l-ohra."

Hija pacifika u kostanti l-gurisprudenza u d-duttrina illi eccezzjoni ta' litis pendentia tipprospetta necessarjament li jkun hemm zewg kawzi kontemporanjament pendenti quddiem il-qrati, li jkollhom it-tnejn l-istess meritu. Meta dan jigri allura jkun jehtieg li z-zewg kawzi jigu konnessi sabiex jigu trattati quddiem l-istess qorti.

Hemm pero', fl-artikolu 965 C u D Kap.12, imsemmija dawk il-kawzi li l-Qorti tissospendi t-trattazzjoni taghhom"sakemm tigi deciza kawza ohra" jew "sakemm xi wahda mill-partijiet taghmel kawza ohra" u dawnil-kazijiet huma konsiderati tant eccezzjonali illi - kif jiddisponi, l-istess artikolu - huma soggetti ghall-perikolu tad-dezerzjoni jekk kemm il-darba l-parti interessata, ma attentatx biex fi zmien qasir tirravviva l-kawza sospiza. Izda jidher car li dawn is-sospensjonijiet huma fakoltattivi ghall-Qorti u mhux obbligatorji u infatti, jibqghu dejjem apprezzabbilment aleatorjiu ghalhekk, appena tollerati fis-sistema guridiku, tant illi din il-fakolta' ta' sospensjonihija msemmija f'dik il-parti tal-Kodici ta' Procedura li titratta mid-dezerzjonijiet prezunti tal-kawzi.

Gie deciz diversi drabi mill-Qrati taghna li l-Qorti ghandha tilqa talba ghas-soprasessjoni biss: a) meta hu spedjenti li taghmel hekk; b) meta jkun hemm lok ghas-soluzzjoni ta' xipunt li tiddependi minn kawza ohra; c) Il-Qorti m'ghandhiex tordna is-soprasessjoni jekk il-parti l-ohra tkun ser tbati pregudizzju; d) Is-soprasessjoni hu rimedju straordinarju u ghandu jigi applikatbiss jekk hu necessarju fl-amministrazzjoni tal-gustizzja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni