Reference: 2206/2003/1

Judgement Details


Date
20/04/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASAPINTA DESIGN GROUP LIMITED vs AZZOPARDI TONIO DR NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, META JIGI PREZENTAT KONTRA KURATURI - KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, NUQQAS TAL-KONVENUT LI JIRRISPONDI GHAL - KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, VALUR PROBATORJU - KURATURI EX UFFICIO, POSIZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, GURAMENT DECIZORJU - MA JISTAX JINGHATA FIL-KONFRONT TA` KURATUR
Summary
Jinsab dipost fl-Artikolu 13 (b) ta' l-Att V ta' l-1995 illi "jekk il-konvenut jonqos li jidher, il-gudikatur jista' jiddeciedi l-kawza fin-nuqqas tal-konvenut u tista' ssir ammissjoni bis-subizzjonital-konvenut, u d-disposizzjonijiet tas-Sub-Titolu VI tat-Titolu I tat-Tielet Ktieb tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, li jirrigwarda l-ammissjoni bis-subizzjoni tal-konvenut fil-qratinferjuri ghandhom jghoddu mutatis mutandis";

Il-precitat Sub-Titolu VI jitratta fl-Artikoli693 sa 727 fuq il-prova bl-ammissjoni jew bis-subizzjoni tal-parti kuntrarja u jipprovdi ghal mod kif ghandhom isiru l-kapitoli u l-effetti ta' tali procedura. Il-materja tista' tigi llustrata ahjarb' referenza ghall-gurisprudenza attendibbli fir-rigward;

Parti ingunta regolament ghas-subizzjoni li, minghajr gusta kawza, tonqos milli tidher ghas-subizzjoni ma tistax tichad il-fatti dedotti fil-kapitoli li ghall-finijiet tal-ligi jitqiesu bhala mistqarra, lanqas ma tista' tidher tardivament u indirettament ixxejjen l-effetti ta' l-ammissjoni jew tipparalizza d-dritt akkwistat mill-attur.

Il-kawza gusta biex il-parti ma tidherx quddiem il-Qorti ghalkemm ikunu saru l-kapitoli kontra taghha, ghandha tikkonsisti f' impediment legittimu li minhabba fih il-parti ma setghetx tidherbiex tirrispondi ghall-kapitoli li saru kontra taghha.

Huwa koncess appell minn sentenza bazata fuq ammissjoni prezunta wara nuqqas tal-parti sokkombenti li tirrispondi ghall-kapitoli ammessimill-Qorti. Il-Qorti ta' l-Appell tista' wkoll tragga' kollox lura u tammetti lill-appellant li jippresta s-subizzjoni ghall-kapitoli prezentati in prim' istanza.

Fid-disposizzjonijiet taht it-Titolu XI ("Fuq il-Kuraturi") tal-Kapitolu 12 insibu mfassla l-procedura ghall-hatra ta' kuraturi "fl-interess ta' nies assenti" [Artikolu 929 (a)] jew "fl-interess ta' kull socjeta` kummercjali jew organizzazzjoni jew ghaqda jekk ir-rapprezentanti taghha jkun assenti minn Malta jew jekk ebda persuna jew persuni kif imsemmija jew bizzejjed persuni ma jkunu moghtija dik ir-rapprezentanza" [Artikolu929(d)]. F' kaz bhal dan jista' jissucciedi li wara l-bandi tidher persuna li toffri ruhha li taccetta l-hatra ta' kuratur (Artikolu 933) jew jekk l-ebda persuna bhal dan ma jidher, zmien sitt ijiem, il-qorti tghaddi biex tahtar, fil-kaz ta' qorti ta' kompetenza nferjuri, avukat jew prokuratur legali, ukoll jekk mhux mill-elenku msemmi fl-Artikolu 91 (Artikolu 941);

Ghalhekk kuratur ad litem huwa negotiorum gestor tal-parti minnu rapprezentata b' mod li jigi ndennizzat minn min ressaq it-talba ghal kurazija fil-kaz biss li fil-gudizzju min ghamel l-istanza ghan-nomina ta' kuratur ikunsokkombenti. Invece, fil-kaz li jigi nkarigat kuratur ex officio dan, in kwantu ufficcjal tal-Qorti, jigi dejjem indennizzat minn min talab il-hatra tieghu.

Il-kuratur ad litem ghandu wkoll mill-mandatarju u l-mandat tieghu jintemm ma' tmiem il-kawza u ma jkunx jista' jidher f'isem il-partirapprezentata ghall-finijiet ta' kawzi ohra jew jidher ghall-finijiet ta' konvenzjoni jew tranzazzjoni fuq l-oggett tal-kawza.

Fil-kapitolu l-konvenut hu msejjah biex bil-gurament tieghu jigiprovat li huwa debitur lejn l-attur fis-somma u ghar-ragunijiet indikati fl-avviz. Fil-kazijiet ordinarji l-konsegwenza tal-kapitolu u tan-nuqqas ta' dehra jgibu l-konfessjoni tat-talba;

Mhuxpossibbli li l-kuratur ta' l-ufficcju jwiegeb ghad-domanda jew jigi prestat lilu l-gurament;

Kuratur ma jistax jigi defirit il-gurament decizorju anke jekk jeccepixxi l-preskrizzjoni.

Gjaladarba l-kuratur ex officio "gie msejjah iwiegeb skond il-kapitoli" (Artikolu 703, Kapitolu 12) ugjaladarba dan kien jinnecessita li jigi prestat il-gurament fuq il-kontenut tal-kapitolu, ghar-ragunijiet fuq imfissra, it-Tribunal ma kienx obbligat li japprova l-kapitolu li sar. Konsegwentement,dejjem fil-fehma tal-Qorti, il-fatt li l-kapitolu sar di fronte ghall-kuratur ta' l-ufficcju dan jixhed dubju serju fuq il-portata tal-konfessjoni tal-materja kapitolata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info