Reference: 240/2004

Judgement Details


Date
17/03/2005
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA CLAIRE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DROGA, AMMINISTRAZZJONI TA` - DROGA, PUSSESS - DROGA, SHARING - DROGA, SOMMINISTRAZZJONI TA` - DROGA, TRAFFIKAR TA`
Summary
L-artikolu 22(1B) tal-Kap.101 jghid testwalment hekk :-

"Ghall-finijiet ta' din l-Ordinanzail-kelma "jittraffika" (bil-varjazzjonijiet grammatikali u bl-espressjonijiet imnisslin minnha) b' riferenza ghal traffikar f' medicina, tinkludi l-koltivazzjoni, l-importazzjoini f' dawk ic-cirkostanzi li l-Qorti tkun sodisfatta li dik l-importazzjoni ma kienetx ghall-uzu esklussiv tal-hati, il-manifattura, l-esportazzjoni, id-distribuzzjoni, il-produzzjoni, l-amministrazzjoni, il-provvista, li wiehed joffri li jaghmel xi wiehed minn dawn l-atti, u l-ghoti t' informazzjoni intiza biex twassal ghax-xiri ta' tali medicina bi ksur ta' din l-Ordinanza : "

Issa hu minnu li l-kelma "amministrazzjoni" ma hix definita fl-istess Ordinanza w ghalhekk ghandhom japplikaw il-konnotati w sinifikatli normalment jistghu jinghataw lil din il-kelma. Issa fil-lingwa franka Maltija hemm distinzjoni bejn il-kelma "tamministra" u l-kelma "tissomministra". Fil-waqt li ta' l-ewwel tfisser tmexxija, gestjoni, kmand, tittutela, ecc. it-tieni ghandha l-konnotazzjoni preciza ta' wiehed li jaghti medicinajew duwa lil xi persuna ohra. Ghalhekk il-kelma "amministrazzjoni" fit-test Malti u "administration" fit-test ingliz tal-artikolu 22(1B) ma jidhirx li ghandha s-sinifikat li wiehed fizikament jissomministra droga jew sustanza perikoluza lill-haddiehor, bhal per ezempju jinjettah biha jew ipoggihielu quddiem imniffsejh biex jassorbiha b' dak il-mod, imma li wiehed ikun qed imexxi jew jidderigi l-ispacc jew in-negozju tad-droga. Anki mill-fatt li din il-kelma : "l-amministrazzjoni" tinsab bejn il-kliem "il-manifattura, l-esportazzjoni, id-distribuzzjoni, il-produzzjoni " u il-kelma "il-provvista" jidher li hawn il-legislatur qed jirriferi ghall-xi att ta' organizzazzjoni jew gestjoni ta' xi operazzjoni ta' negozju ta' droga u mhux is-semplici somministrazzjoni tal-istess minn persuna ghall-ohra li jkunu f' relazzjoni ta' hbiberija jew intimita'.

Illi mill-gurisprudenza johrog car li biex ikun hemm is-"sharing" li jammonta ghal traffikar irid ikun hemm il-fattispecji li wiehedikollu d-droga w jaqsamha ma xi hadd jew jippermetti lil haddiehor li juza minnha anki minghajr hlas jew korrispettiv. Imma d-droga l-ewwel trid tkun ghandu, mbaghad jaqsamha ma jew jikkonsenja lilhaddiehor. Issa fil-kaz in ezami id-droga ghalkemm fizikament inghatat f' idejn l-appellanti mit-traffikant, kienet qed tinxtara flimkien ma l-gharus taghha u bi flus tieghu stess, li ukoll gab is-siringi biex id-droga tkun tista' tigi somministrata lilu. Ghalhekk hawn kien hawn ko-akkwist mill-appellanti u l-gharus taghha. F'tali cirkostanzi anki jekk ikun hemm somministrazzjoni tad-droga ma jkunx hemm traffikar izda biss pussess.

Il-fatt li persuna tinjetta d-droga lill-persuna ohra li maghha tkun xtrat d-droga ma jammontaxghat-traffiku ta' droga izda pussess tal-istess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info