Reference: 1428/1997/1

Judgement Details


Date
24/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BALDACCHINO MARIA vs PACE EDWIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA` - DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - SERVITU`, DISTANZA LEGALI - TWIEQI - SERVITU`, DISTANZA LEGALI - RINUNZJA GHAL - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - TOLLERANZA GHAL ZMIEN TWIL - TRIQ, PROPRJETA` TA`
Summary
Ghalkemm b' ligi, is-sid jista' juza minn hwejgu kif irid, basta ma jaghmilx bihom uzu kontra l-ligil-Artikolu 433 jikkostitwixxi limitazzjoni tal-proprjeta` u ghalhekk limitazzjoni tal-liberta` ta'dgawdija tal-proprjeta` sancita fl-Artikolu 320.

B' danakollu gie enuncjat illi d-distanza mil-ligi specifikata, in kwantu tikkostitwixxi servitu legali ghall-utilita` privata [Artikolu 402(2),Kodici Civili], din "tista' tigi modifikata, u ghall-bzonn rinunzjata, minn min ghandu interess.

Is-semplici fatt li s-sid kien jaf li qed issir kostruzzjoni kontra l-ligi da parti tal-gar tieghu jew li jkun baqa' sieket ma kienux wahdehom jimportaw rinunzja ghad-drittijiet tieghu.

Hidel resto enuncjazzjoni ben assodanti illi "rinunzja tacita ghandha tigi interpretata tant restrittivament illi mill-fatti li minnhom dik ir-rinunzja trid tigi desunta ma tkunx tista' tingibed kongettura ohra hlief il-propozitu evidenti tar-rinunzja. Hemm bzonn li din tirrizulta minn att jew kumpless ta' atti li jissupponu necessarjament fir-rinunzjant l-intenzjoni li huwa jabdika d-dritt tieghu".

Indubbjament, sakemm ma jkunx provat xort' ohra, hu prezunt li l-arja 'l barra mill-bibienesterni tal-fondi tal-kontendenti tappartjeni lid-dominju pubbliku u hija ghalhekk, fir-rispett tar-regolamenti li jghoddu, soggetta ghal servitu pubbliku ta' uzu u ta' transitu, u l-Gvern jew il-Kunsill ghandhom dritt li jaghmlu dawk ix-xoghlijiet li minn zmien ghal zmien jinhassu necessarji, fl-interess tac-cittadini u tal-pubbliku in generali.

Il-gurisprudenza taghna rriteniet illi l-proprjetarju ghandu d-dritt li juza liberament il-fond tieghu u li jaghmel fih dawk it-tibdiliet u modifikazzjonijiet li jidhirlu konvenjenti, anke jekk b' hekk hu jippriva lill-vicin minn xi vantagg, purche ma jirrekalux molestja gravi. Sabiex tigi molestata l-gravita` tal-molestja wiehed ma jridx ihares biss lejn in-natura imma anki lejn il-posizzjoni u s-sitwazzjoni tal-fondi kif ukoll min kellul-pussess anterjuri.

Issokta jigi rimarkat illi "jekk imbaghad il-molestja tkun derivanti minn allegat abbuz ta' bon vicinat, il-vicin jista' jagixxi fuq molestja biss meta din tkun gravi u mhux facilment tollerabbli".

L-Artikolu 1030 tal-Kodici Civili kjarament jipprovdi illi "kull min jaghmel uzu ta' jedd tieghu fil-qies li jmiss, ma jwegibx ghall-hsara li tigri b' dak l-uzu". Trasportat dan il-provvediment u l-precitati insenjamenti ghal kaz in ispecje ghandu jfisser illi l-konvenut kellu d-dritt li jaghmel uzu mir-rampa biex johrog jew idahhal il-vetturi tieghu u fil-processl-attrici, qua gara tieghu, kellha tissapporti dan l-inkonvenjent. Dan pero` dejjem sakemm il-konvenut ma jeccedix il-qies li tesigi l-ligi u jhalli l-vettura tieghu fuq ir-rampa ghal hin jew bl-"engine on". F' kaz bhal dan mhux normalment mistenni li l-gar jissapporti minhabba l-vicinanzi taz-zewg fondi l-inkonvenjenzi provenjenti minn qaghda simili. Dan ghaliex si tratta ta' eccess tal-"qies" li ssemmi l-ligi fil-precitat artikolu u dippju jincidi certament fuq il-grad ta' tolleranza li huspettat li jkun hemm;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info