Referenza: 1163/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/11/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
DRAGO D' ARAGONA AIC GODWIN ET vs MICALLEF PHILIP ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, REKWIZITI TAT-TALBA GHAT-THASSIR JEW TIBDIL TAS-SENTENZA APPELLATA FIL-KAMP CIVILI - CITAZZJONI, NULLITA` HIJA EFFIKACI FIL-KONFRONT TAL-KONVENUTI KOLLHA - SENTENZA, MHUX MEHTIEG LI L-ECCEZZJONIJIET JIGU RIPRODOTTI TESTWALMENT - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, RITRATTAZZJONI - TRIBUNAL GHAL TALBIET ZGHAR, THASSIR TA` DECIZJONIJIET MILL-PRIM` AWLA TAL-QORTI CIVILI
Fil-Qosor
Il-ligi ma tirrikjedix l-uzu fir-rikors ta' l-appell ta' l-istess kliem precizi wzati fis-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 142 tal-Kap. 12, jigifieri "thassir" jew "tibdil". Infatti l-uzanza hi li pjuttost jintuzaw il-kliem "revoka" ghal "tahsir" u "riforma" ghal "tibdil". Huwa sufficjenti li jkun jirrizulta b'mod car u minghajr hafna tigbid lingwistiku u kuntrumbajsi mentali x'qed jintalab. Inoltre, fid-dawl ta' l-emendi introdotti fl-Artikolu 143 tal-Kap. 12 bl-Att XXIV tal-1995 tnehhiet hafna mir-rigidita` procedurali li qabel kienet tezisti fir-rigward ta' x'ghandu jkun fiha talba fir-rikors ta' appell (ara in partikolari s-subartikoli (3) u (4) ta' l-imsemmi Artikolu 143).

L-Artikolu 218 tal-Kap. 12 inter alia jipprovdi li fis-sentenza ghandu jkun hemm referenza ghat-talbiet ta' l-attur u ghall-eccezzjonijiet tal-konvenut. Pero` din id-disposizzjoni ma tfissirx li s-sentenza ghandha tirriproduci testwalment it-talbiet ezattament kif inhuma redatti fl-att tac-citazzjoni, ghalkemm ta' sikwit isir hekk.

Ghalkemm eccezzjoni ta' nullita' tigi sollevata minn wiehed biss mill-konvenuti, dikjarazzjoni ta' nullita` ghandha effikacja fil-konfront tal-konvenuti kollha ghax huwa inkoncipibbli li azzjoni tigi dikjarata nulla in konfront biss ta' whud mill-konvenuti u mhuxnulla fil-konfront tal-konvenuti l-ohra.

Hawnhekk il-Qorti ta' l-Appell akkoljiet ir-ragunament adottat mill-Prim' Awla fis-sens li l-Kodici ta' Organizazzjoni Procedura Civili jipprospetta zewg metodi kif wiehed jista' jattakka validament sentenza ta' Qorti, u cioe` r-rimedju ta' appell u r-rimedju tar-ritrattazzjoni. Ma tezisti ebda procedura ohra fil-ligi li taghti lok sabiex sentenzali tkun ghaddiet in gudikat tista' tigi dikjarata nulla. Sentenza ta' Qorti kif ukoll ta' Tribunalma tistax tigi attakkata permezz ta' citazzjoni.

Meta sentenza, tajjeb jew hazin, tghaddi f'gudikat, ghaliex ma tigix appellata jew ritrattata, jew ghaliex jekk appellata jew ritrattata, tigi konfermata, hija ssir irrevokabbli. Sentenza li tghaddi definittivament f'gudikat tikkonkludi l-kontroversja definittivament u tigi mlibbsa virtwalment karattru assolut ta' veracita`. Dan skond il-massima "res judicata pro veritate habetur". B'hekk ma jkunx aktar lecitu u permissibbli li tinfetahdiskussjoni aktar fuqha, lanqas jekk tkun, forsi, wahda ingusta. Dawn il-principji gew senjalati kemm-il darba fil-gurisprudenza rikka ta' dawn il-Qrati taghna.

Ara pero' Albert Degiorgio v. Dennis Mifsud (App. Inf. 1139/02 PS dec. 11/2/04)




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni