Referenza: 204/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
BARTOLO EMANUEL vs MICALLEF VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA` - ACTIO DE IN REM VERSO, ZMIEN RELEVANT GHALL-LIKWIDAZZJONI TAL-KUMPENS
Fil-Qosor
L-actio de in rem verso hija azzjoni moghtija lil persuna f'dawk il-kazijiet fejn ma tistax titressaq azzjoni ex contractu. Din l-azzjoni hija msejha sussidjarja ghaliex ma tistax tinbeda jekk mhux wara li l-attur ikun fittex ghalxejn mod iehor lil min staghna bi hsara tieghu jew jekk ma jintweriexli ma kien hemm l-ebda azzjoni li setghet issir. Tista' titressaq ukoll fejn jintwera li jkun ghalxejn li l-attur l-ewwel jipprova jmexxi kontra d-debitur tieghu f'kaz, per ezempju, li dan ikun falla jew telaq ghal kollox mill-gurisdizzjoni;

L-azzjoni hija wkoll, u minhabba dak li ghadu kemm inghad, wahda ekwitativa. Kemm hu hekk, il-principju li jmexxi din l-ghamla ta' azzjoni huwa dakli m'huwiex xieraq li persuna tistghana bi hsara ta' haddiehor (nemo licet locupletari cum aliena iactura). Ghalhekk, il-limiti tal-azzjoni huma l-qies tal-vantagg li t-terza persuna tkun kisbet minhabba l-ispejjez minfuqa mit-terz, u ghandha l-mira li terga' trodd l-ekwilibriju bejn il-patrimonjuta' min ikun staghna u dak tal-parti li tkun ghamlet jew nefqet spejjez biex dan ikun sehh. Billi din l-azzjoni ghandha l-gherq taghha fl-istitut tal-kwazi-kuntratt, irid jintwera li l-fatt huwa wiehed lecitu u volontarju u li minnu titnissel obbligazzjoni, u li l-fatt ma jkunx sehh kontra l-projbizzjoni espressa tal-parti interessata;

L-elementi li jsejsu l-azzjoni huma (a) li persuna kisbet jew qeghda tikseb vantagg jew utilita' minhabba li xi gid ta' haddiehor ghadda ghandha jew minhabba li xoghlijiet jew servizzi twettqu fi hwejjigha bla ma sar il-hlas ghalihom jew b'mod li gew iffrankati spejjez lill-parti li b'hekk tkun staghniet; (b) it-tnaqqis mill-gid tal-parti l-ohra b'titolu lukrattiv; (c) ir-rabta bejn it-tnaqqis tal-gid tal-parti l-wahda u z-zieda jew beneficcju tal-parti l-ohra; (d) in-nuqqas ta' raguni li tiggustifika l-arrikkiment ta' parti u l-"ftaqir" tal-partil-ohra u (e) li min laqa' ghandu l-haga jew is-servizz staghna b'dik il-haga jew b'dak is-servizz;

Hemm hsibijiet li ma jaqblux ma' xulxin dwar iz-zmien li ghandu jitqies ghall-finijiet tal-indennizz. Ghal uhud, l-ammont li ghandu jithallas lura jitqies b'rabta mal-arrikkiment li jkun sehh fil-bidu, filwaqt li ghal uhud ohrajn wiehed ghandu jqis il-waqt li tkun saret it-talba gudizzjarja jew il-waqt li tkun inghatat is-sentenza.

Jidher li l-Qrati taghna laqghu l-applikazzjoni tal-kriterju li l-kumpens ghandu jkun il-konkorrenza tal-vantagg miksub mix-xoghlijiet maghmulin u mhuxbiss ghall-ispiza minfuqa biex twettqu dawk ix-xoghlijiet. Dan l-ahhar il-Qrati taghna jidher li wessghu il-medda tal-applikazzjoni tal-kumpens biex "ikun maghmul jiddependi wkoll minn fatti sopravvenuti li kapaci jawmentaw, jew inaqqsu, l-arrikkiment. Rilevanti bhala elementi ta' konsiderazzjonighall-valutazzjoni aktar konsona u gusta jitqiesu l-bwona jew mala fede tal-persuna vantaggjata u arrikkita". Din il-Qorti, fuq is-sahha ta' diversi kittieba li qrat dwar is-suggett, tasal biex tilqa' din ix-xejra ta' hsieb;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni