Reference: 1217/1991/1

Judgement Details


Date
27/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA RITA vs LANZON RAYMOND ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT TA` SEKWESTRU, RIMEDJI DISPONIBBLI LIS-SEKWESTRANT KONTRA SEKWESTRATARJU LI JINJORA ORDNI TAL-QORTI
Summary
Issa, kif saput, in tema legali, l-att tas-sekwestrant iservi biex jassigura li l-oggett f' idejn terza persuna (sekwestratarju) ma jinghatax lill-persuna ohra (sekwestrat) li kontra taghha s-sekwestrant jivvanta xi jeddijiet (Artikolu 375, Kapitolu 12);


Dejjem skond il-ligi s-sekwestratarju ghandu zmien erbat ijiem jaghmel dikjarazzjoni ta' l-oggett li ghandu f' idejh ta' pertinenza tas-sekwestrat, kwante volta ma jkunx ghamel dik l-istess dikjarazzjoni lill-marixxal ezekutant fil-mument ta' l-ezekuzzjoni. Jekk ma jaghmilx hekk il-ligi stess tikkreja l-prezunzjoni, ex-Artikolu 378(2) Kapitolu 12, illi s-sekwestratarju ghandu fil-pussess tieghu l-oggett sekwestrat bil-mandat. Presunzjoni din li, kif osservat, hija "iuris tantum" u tista' tigi kontraddetta bi provi u prezunzjonijiet kuntrarji.

Hija ligi wkoll illi s-sekwestratarju li jsib ruhu f' din il-qaghda hu moghti l-fakolta li jezimi ruhu minn kull responsabilita` ulterjuri billi jiddepozita l-oggett hekk sekwestrat taht l-awtorita` tal-Qorti. Fakolta din lilu moghtija bl-Artikolu 379 (3) tal-Kapitolu 12.S' intendi huwa ferm logiku illi jekk hu jipprevalixxi ruhu minn din il-fakolta hu jkun qed jadempixxi l-obbligazzjoni tieghu skond il-ligi u b' hekk ma jkunx responsabbli ghad-danni. Diversament jekk jonqos minn dan l-impenn, anke wara sejha li tkun saritlu ghall-istess fini mis-sekwestrant, huwajidhol responsabbli ghad-danni. Danni li ghandhom minimament jirri-entegraw lill-kreditur sekwestrant minn kull konsegwenza ekonomika ta' l-event li gab it-telf. Ghallanqas it-telf ekwiparat sa l-ammont kanonizzat, komprizi l-ispejjez gudizzjarji. Dan hu l-ammont cert u accertat tad-dannu subit,anke in mankanza ta' stima li l-vettura setghet tirrealizza f' bejgh bis-subbasta;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info