Referenza: 99/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ALF. MIZZI & SONS (MARKETING) LIMITED vs DISMAR COMPANY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-IMNUT - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-INGROSSA - PRESKRIZZJONI, KOMPATIBBLI MAL-ECCEZZJONI TAL-PAGAMENT - PRESKRIZZJONI, KONT KURRENT - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156 TAL-KAP. 16 TAPPLIKA GHAL KREDITI TA` FLUS BISS - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI KWINKWENNALI TAHT L-ARTIKOLU 2156(F) TAL-KAP. 16
Fil-Qosor
Huwa mghallem li l-exceptio soluti u l-eccezzjoni li l-kawza tressqet wara zmienha (jigifieri preskritta) ma jitfux lil xulxin bhala eccezzjonijiet inkompatibbli. Madankollu, l-eccezzjoni tal-hlas tista' sservi biex twaqqa' dik tal-preskrizzjoni. Dan isehh billi l-hlas, jekk ippruvat, huwa wahda mir-ragunijiet mahsuba mil-ligi biex tikser iz-zmien tal-preskrizzjoni;

Biex wiehed jasal halli jiddetermina jekk bejgh sarx bl-imnut inkella bl-ingrossa wiehed ghandu jhares lejn il-bejgh partikolari u l-ghamla tieghu. Normalment, biex bejgh jitqies bl-imnut, irid jidher li tali bejgh kien wiehed maghmul lil konsumatur ghall-uzu personali tieghu, filwaqt li, tradizzjonalment, il-bejgh bl-imnut jingharaf minn bejgh bl-ingrossa billi f'dan tal-ahhar il-bejgh isir lil xerrej li jkun sejjerjaghmel negozju bi jew minn fuq il-haga mixtrija. Imma din m'hijiex regola inflessibbli, minhabba li grossista jista' jaghmel bejgh bl-imnut, ukoll fejn ix-xerrej ikun kummercjant iehor;

F'kazfejn in-negozju bejn il-partijiet ma jkunx limitat ghal semplici operazzjoni ta' bejgh u xiri (kifisir f'bejgh bl-imnut) imma jkun hemm element ta' negozjati dwar il-kwalita' tal-haga mibjugha, dwaril-konsistenza taghha, dwar il-kapacita' taghha biex tilhaq l-ghanijiet tax-xerrej, u jkun hemm ukoll l-ghoti ta' pariri u stimi, wiehed jista' jghid li jkun hemm indoli ta' bejgh bl-ingrossa u mhuxbl-imnut;

Huwa stabilit ukoll li arrangament ta' bejgh bl-ingrossa ma jsirx wiehed bl-imnut ghar-raguni wahedha li l-konsenji ma jsirux f'daqqa, ghaliex huwa n-negozju globali li jwassal biex wiehed jiddeciedi taht liema kategorija ghandu jigi klassifikat il-bejgh.

Ghall-finijiet ta' l-Artikolu 2156(f) tal-Kap. 16 irid jinghad li ghalkemm il-kelma "kreditu" tfisser kull jedd in personam li jaqbel ma' kull obbligazzjoni ta' debitur, jidher li fil-qafas tal-artikolu 2156 tal-Kapitolu16 tal-Ligijiet ta' Malta il-kelma "kreditu" msemmija fil-paragrafu (f) tieghu ghandha tigbor fihabiss jeddijiet li huma tal-istess bixra tal-jeddijiet imsemmija fil-paragrafi l-ohrajn tieghu. Ta'min jghid li c-cirkostanzi kollha mahsubin fl-artikolu 2156 huma obbligazzjonijiet ghall-hlas ta' flus u mhux obbligazzjonijiet di fare;

Peress li l-preskrizzjoni "residwali" mahsuba taht l-artikolu 2156(f) tal-Kap 16 hija suggetta ghall-interpretazzjoni eiusdem generis, allura dan igib mieghu l-effett li l-obbligazzjoni li kontra taghha titressaq eccezzjoni bhal din trid tkun wahda ghall-hlas ta' flus. Kemm hu hekk, inghad li din il-preskrizzjoni tapplika ghal zewg ordni ta' krediti: jigifieri l-prestazzjonijiet accessorji jkunu liema jkunu, u whud mill-prestazzjonijiet ewlenin jew principali. Tal-ewwel jirrigwardaw dejjem oggett li jkun flus, filwaqt li tat-tieni jirrigwardaw flusjew haga fungibbli bhalma huma l-flus;

Fil-kaz ta' bejgh bl-ingrossa l-preskrizzjoni applikabbli hija dik mahsuba fl-artikolu 2156(f) tal-Kodici Civili.

Madankollu, huwa mghallem li l-preskrizzjoni f'kaz ta' azzjoni mibnija fuq kont kurrenti ma tibdiex tghaddi qabel ma l-kont jigi likwidat, ghalkemm jinghad ukoll li l-preskrizzjoni tapplika ghal kull partita ta' dejn minkejja li tkun taghmel parti minn servizz kontinwu. F'kull kaz, iz-zmien ta' preskrizzjoni applikabbli huwa dakta' hames snin.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni