Referenza: 195/1998/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/10/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
AGIUS GILIBERT ANTHONY ET vs CASSAR TORREGGIANI PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, META WARA S-SENTENZA IKUN INSTAB DOKUMENT DECIZIV
Fil-Qosor
Il-motiv ghar-ritrattazzjoni kontemplat taht l-inciz (k) ta' l-artikolu 811 testwalment jipprovdi ghat-thassir tas-sentenza moghtija fi grad ta' appell "jekk, wara s-sentenza, ikun instab dokument deciziv, u li l-parti li ggibu ma kienetx taf bih, inkella, illi, bil-mezzi li taghti l-ligi, ma setghetx iggibu, qabel dik is-sentenza".

Id-dokument irid ikun tali li jwassal ghal konkluzjoni differenti tal-kawza. Mhux bizzejjed li dan ikun element ta' prova gdidli jista' jipprezenta fatt minnaspett differenti.

Ma hemm l-ebda bazi ghal ritrattazzjoni jekk ma kienx impossibbli jew difficli hafna li d-dokument jigi prodott qabel.

Min jitlob ir-ritrattazzjoni ghall-motiv li jkunsab xi dokument deciziv wara s-sentenza jehtieg li jipprova, mhux biss li hu ma kienx jaf bl-ezistenza ta' dak id-dokument, imma ukoll illi huwa uza l-hila tieghu kollha, jew ghallanqas id-diligenzata' "bonus pater familias" biex isir jaf bih, isibu u jgibu 'l quddiem meta kien imissu, inkella r-rimedju straordinarju tar-ritrattazzjoni ma jigix moghti.

Mhux bizzejjed allura li jigi pruvatli r-ritrattand kien fl-impossibilita` li jipproduci d-dokument. Irid ukoll jissodisfa lill-Qortiilli hu kien ipprova jakkwistah bil-mezzi kollha a disposizzjoni tieghu.

Il-legislatur ried jeskludi l-possibilita` ta' ritrattazzjoni a favur ta' litigant negligenti li jkun sab dokument li kien fil-pussess tieghu wara li tkun inqatghet kawza kontrih u li kieku opera diligenza ragjoneoli kien isib qabel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni