Reference: 1003/2000/1

Judgement Details


Date
06/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
STAGNO PAULINA PRO ET NOE ET vs BUGEJA CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMMODAT, ELEMENT TAL-GRATUWITA` - KOMPROPRJETA`, PUSSESS ESKLUSSIV MINN WIEHED MILL-KOMPROPRJETARJI - LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, ELEMENTI TA` - LOKAZZJONI, PRESTAZZJONI TA` SERVIGI MA TOHLOQX LOKAZZJONI - PREKARJU, DISTINZJONI BEJN KOMMODAT U - PREKARJU, NATURA TA` - TOLLERANZA, ELEMENTI TA` - TOLLERANZA, MA TOHLOQ EBDA TITOLU - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - PREKARJU - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - TOLLERANZA
Summary
Fil-kaz li jigi provat li tezisti kirja jew kommodat allura l-kawzali "bla titolu" hi wahda mproprjau, konsegwentement, l-Qorti, fuq dik il-kawzali, ma jkolliex aktar kompetenza biex tkompli bil-kawza li t-talba taghha tkun ghar-ripreza tal-fond u ghas-setgha ta' zgumbrament, mhux l-istess jista' jinghad fil-kaz tal-prova tal-prekarju. Dan ghaliex f'dan l-ahhar event ma hemm xejn x'jipprekludi lill-Qorti milli tiehu konjizzjoni tat-talba formulata bil-kawzali "bla titolu" u li tissokta taghtikonsiderazzjoni lit-talba tendenti ghall-izgumbrament.

Iz-zewg espressjonijiet "prekarjament"u "minghajr titolu" huma komplimentari ghal xulxin u li l-prekarju mhux veru titolu billi l-koncessjonarju ghandu jirrestitwixxi l-haga lill-koncedent malli jigi mitlub". Issokta, mbaghad, jinghad illi "tant mhux titolu l-prekarju li, ghall-finijiet tal-azzjoni ta' spoll privileggjat, il-ligi tekwipara l-pussess b'titolu prekarju mal-pussess ottenut bil-mohbi jew bil-forza, "quam, vi precarie".

Huwa pacifiku mill-interpretazzjoni tal-artikolu 1533 (1) tal-Kodici Civili illi meta l-korrispettiv ma jkunx jikkonsisti fi flus, fi kwantita` ta' derrati jew ta' sehem tal-frottijiet li l-haga tipproduci ma hemmx lokazzjoni.

Ghalhekk l-element tal-kera ma jistghax jigi maghmul jikkonsisti fil-prestazzjoni ta' xoghol u s-servigi ma tiffigurax ghad-dritt ta' kera.

Ghandu jinghad ukoll illi, kif inhu naturalment ovvju, biex jinholoq kuntratt partikolari bejn zewg partijiet, tinhtieg il-volonta` taghhom it-tnejn ghall-istess haga.

Ghalkemm l-Artikolu 44 tal-Kap 69 jamplifika d-definizzjoni ta' kirja fuq l-artikolu 1533 tal-Kap 16, xorta wahda d-dritt taht l-artikolumsemmi tal-Kap. 69 irid ikun nghata jew b'titolu li fih wahda mill-partijiet kontraenti tintrabat ghall-ezekuzzjoni ta' xi obbligazzjoni (titolu oneruz ai termini tal-artikolu 962 (1) tal-Kodici Civili) jew b'titolu li fih kull wahda mill-partijiet kontraenti tobbliga ruhha li taghti jew taghmel xihaga li titqies bhala li tiswa daqs dik il-haga moghtija lilha jew li tigi maghmula ghaliha (titolukommutattiv ai termini tal-artikolu 963 tal-Kap 16).

Il-gratuwita' hija element essenzjali tal-kommodat u ghalhekk jekk tigi allegata xi forma ta' prestazzjoni da parti tal-kommodatarju il-kommodat jigi awtomatikament eskluz.

Fir-relazzjonijiet normali bejn missier u ulied kbar li jibqghu jghixu mieghu bhala familja wahda fl-istess dar, ma jistghax jigi ravvizat kuntratt ta' kommodat. Il-prestazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet maghmula mill-ulied ghad-dar jeskludi l-gratuwita lihi rekwizit essenzjali tal-kommodat. F'din ir-relazzjoni li tibda mit-twelid tat-tfal u tissokta generalment oltre l-maggor eta saz-zwieg ta' l-ulied (u dan jghodd ukoll jekk l-ulied mizzewga jibqghufl-istess dar) m'hemmx il-fattispecje ta' ftehim jew rabta kontrattwali li hi necessarja ghal kommodat kif hi necessarja ghal kull kuntratt.

Anqas jidher illi dik ir-relazzjoni ta' bejn missier u uliedu tista' strettament tigi deskritta bhala prekarju, kunsidrat mil-ligi taghna wkoll bhala kuntratt.

It-tgawdija ta' fond b'titolu ta' mera tolleranza ma tattribwixxi l-ebda drittijietmhux biss ghaliex in-natura taghha ma taqbelx mar-rabta legali li tnissel maghha n-necessita` ta' l-adempiment izda, wkoll, skond l-insenjament ta' Laurent "colui che gode per tolleranza non ha nessuntitolu, salvo un consenso del proprietario che questi puo` ritirare da un istante all'altro".

Kif kontemplat fl-artikolu 491 tal-Kodici Civili, kull komproprjetarju jista' jinqeda bil-haga komuni. Tajjeb pero` li anke f'dan jigi mfakkar illi dan hu hekk veru purke` dak il-komproprjetarju majinqediex bil-haga kontra l-interessi tal-komunjoni jew b'mod li ma jhalliex lill-koproprjetarji l-ohrajn jinqdew biha huma wkoll skond il-jeddijiet taghhom. Li jfisser ghalhekk li ma jistghax wiehed mill-komproprjetarji ta' dar jew ta' garage komuni jaqbad u jokkupa dik id-dar kontra l-kunsens tal-ko-proprjetarji l-ohra, u fl-istess hin jipprekludi lil dawn milli jaghmlu uzu huma wkoll mill-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info