6.38.0.0
eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1317/1990/1
Download
Judgement Details
Date
24/09/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., DEPASQUALE ANTON
Parties
TESTAFERRATA MORONI VIANI SALVINO ET vs VELLA DAVID NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
TESTAFERRATA MORONI VIANI SALVINO ET vs VELLA DAVID NOE - 1317/1990/1 - OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - HTIEGA LI TIGI INDIKATA IL-LIGI LI KELLHA TIGI APPLIKATA - RITRATTAZZJONI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU - RITRATTAZZJONI, ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI TAL-KAWZA
Summary
L-istitut tar-ritrattazzjoni huwa meqjus bhala rimedju straordinarju governat minn regoli ta' interpretazzjoni strettissima, mhux suxxettibbli ghal interpretazzjoni estensiva izdabiss ghal wahda letterali.
Jista' jkun hemm biss lok ghal ritrattazzjoni ghalhekk taht is-subinciz (e), [applikazzjoni hazina tal-ligi] jekk, fuq dawk il-fatti kif jirrizultaw ippruvati, il-Qorti (tkun) applikat artikolu tal-ligi flok iehor li kellu jkun proprjament applikat".
Huwa, in fatti, ghalhekk li l-Artikolu 816 tal-Kap. 12, meta jispecfika x'ghandu jkun fih l-att promotorju ta' ritrattazzjoni bazat fuq dan is-subinciz, jghid espressament li meta r-raguni ghar-ritrattazzjoni hija l-applikazzjonihazina tal-ligi "l-attur ghandu jsemmi l-ligi li kien imissha giet applikata".
Hu ormai pacifiku li biex il-Qorti tiddeciedi jekk ikunx hemm jew le applikazzjoni hazina tal-ligi ghal fini ta'ritrattazzjoni ma ghandhomx jergghu jigu ezaminati u evalwati l-fatti tal-kawza u ma jistghux dawn jergghu jigu interpretati.Hemm applikazzjoni hazina tal-ligi fit-termini ta' dan is-subinciz mhux meta jkun hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi applikabbli ghall-fatti imma biss meta ma tkunx giet applikata l-ligi gjusta ghal dawk il-fatti.
Ikun hemm zball ta' fatt kif kontemplat fl-Artikolu811(l) tal-Kap. 12, ".fil-kaz biss li d-decizjoni tkun ibbazata fuq supposizzjonijiet ta' xi fatt li fil-verita` tieghu tkun bla ebda dubbju eskluza jew fuq is-supposizzjoni li ma jezistix xi fatt, li l-verita` tieghu tkun stabbilita pozittivament, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor, il-fatt majkunx punt ikkontestat li jkun gie deciz bis-sentenza" (sottolinear ta' din il-Qorti). L-atturi ritrattandi jargumentaw li l-Qorti ta' l-Appell naqset milli tikkunsidra l-kwistjoni dwar il-buona fedefuq is-supposizzjoni li l-Ewwel Qorti ma kkonkludietx favur l-atturi ritrattandi fir-rigward tal-kawzali li l-ftehim lokatizju sar bi frode tad-drittijiet tad-direttarji [igifieri l-atturi ritrattandi], u dan meta qari tas-sentenza ta' l-Ewwel Qorti jeskludi tali supposizzjoni.
Biex ikun hemm l-izball ravvizat fil-paragrafu (l) tal-Art. 811 hu mehtieg li:
"i. L-izball [.] ikun zballmaterjali ta' fatt u mhux zball ta' kriterju jew ta' interpretazzjoni;
ii. L-izball irid jirrizulta mill-atti u dokumenti tal-kawza u ghalhekk hija inassolutament inammissibbli l-produzzjoni ta' atti u dokumenti godda biex tigi fornita l-prova ta' l-izball [.];
iii. Illi l-istess zball ikun manifest, tali cioe` li jemergi mis-semplici konfront bejn id-dikjarazzjonijiet tas-sentenzau l-atti u dokumenti tal-kawza, b'mod li jkun jidher prodott esklussivament minn semplici inavvertenza tal-gudikant [.]"
Inoltre, il-kelma "ibbazata", fl-espressjoni wzata mill-legislatur ".d-decizjoni tkun ibbazata fuq supposizzjonijiet ta' xi fatt." neccessarjament tfisser li dak li zballikun iddetermina d-decizjoni impunjata, ossia jkun zball deciziv, b'tali mod li s-sentenza "ivvizjata" b'dak l-izball ma tkunx tista' tigi sanata minn xi ragunamenti ohra indipendenti minn dik zbaljata.
Hi gurisprudenza pacifika li biex ikun hemm il-vizzju ravvizat fl-imsemmi paragrafu (i),il-kontradizzjoni fid-disposizzjonijiet trid tirrizulta fid-dispozittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet, anke jekk dawn ta' l-ahhar jistghu jkunu relevanti biex jitfghu dawl u jidentifikawtali kontradizzjoni. Il-kontradizzjoni trid tkun tax-xorta li tippregudika l-esekuzzjoni tas-sentenza in kwantu toffuska d-decizzjoni tal-Qorti u taghmilha pro tanto inezegwibbli. Jidher, ghalhekk, li ghall-fini ta' dan il-motiv il-Qorti m'ghandhiex thares lejn il-motivazzjoni tas-sentenza.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It