Reference: 135/2002/1

Judgement Details


Date
14/07/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GAUCI EUCHARISTICO (APPELLAT) vs BORG JESMOND ET (APPELLANT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KOMPENSAZZJONI, META TISTA` SSIR - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, LIEMA ATTI JAMMONTAW GHAL RINUNZJA JEW INTERRUZZJONI TAL-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, RINUNZJA GHAL
Summary
Huwa pacifikament notorju illi jezistu cirkostanzi li manifestament jiddemostraw illi l-preskrizzjoni eccepita hi nkompatibbli meta jirrizultaw certi attijiet ohra. B'ezemplari jistghu jissemmew il-kaz tar-rikonoxximent tad-dejn jew fejn id-debitur ma jichadx id-dejn, il-pagament akkont, il-prova tal-ammissjoni tad-dejn u l-kompensazzjoni. Dawn l-ezemplari kollha jirrientraw fil-kwadru guridiku ahjar konoxxut bhala rinunzja ghall-preskrizzjoni.

Ir-rinunzja tal-preskrizzjoni mhix eccezzjoni fis-sens proprju u tista' titqajjem mill-Qorti anki ex officio basta li l-fatti in sostenn ta' l-istess ikunu gew ritwalment akkwiziti fil-process.

Il-kompensazzjoni hija wiehed mill-modi kif il-preskrizzjoni tigi rinunzjata, dan anke fil-kaz fejn l-eccezzjoni tal-kompensazzjoni tinghata wara li jkun ghadda z-zmien tal-preskrizzjoni.

Issokta in effetti jigi puntwalizzat ukoll illi"xejn ma jiswa li l-kompensazzjoni tigi opposta in subordine u bla pregudizzju ghal preskrizzjoni ghax bil-fatt tieghu stess il-konvenut li jeccepixxi l-preskrizzjoni jigi li rrinunzja ghal preskrizzjoni li hu ma jistax isalva b'semplici rizerva".

Huwa veru li l-ligi procedurali tezigi fuq il-konvenut li jissolleva l-eccezzjonijiet tieghu kollha f'daqqa. Madanakollu dan ma jfisserx li danisir in deroga tal-principju u d-dottrina legali li evolvew maz-zmien.

Il-kompensazzjoni matistax tigi nvokata bhala li operat ruhha ipso jure ghar-rigward ta' krediti li ma humiex ammessi mill-parti l-ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info