Referenza: 2/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/07/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CARUANA JOSEPH (APPELLATI) vs RUGGIER AMELIA EMANUELA ET NOE (APPELLANTI)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, RIPRESA MINHABBA BZONN TAS-SID - VILLEGGJATURA - RES JUDICATA, EADEM RES
Fil-Qosor
Sabiex l-eccezzjoni ta' "res judicata" tigi eccepita b'success jehtieg li c-cirkustanzi rilevanti tal-kaz jibqghu l-istess bhal dawk tal-kaz deciz qabel.

Fuq kollox ghas-success tal-eccezzjonital-gudikat jehtieg illi l-kwestjoni tkun giet effettivament deciza bis-sentenza ta' qabel.

Tajjeb ukoll pero` li jigi osservat illi f'kazijiet meta c-cirkostanzi jkunu tali li jiddemostraw tibdil ma' dawk ta' l-ewwel kawza, "dan jista' jwassal ghal kambjament fl-oggett meritu tal-kawza ghaliex id-definizzjoni tad-drittijiet reciproci tal-kontendenti jkunu jiddependu proprju mill-apprezzament tal-gudikant tac-cirkostanzi godda li jkunu ssopravenew. Ir-res tal-haga ma jibqax allura l-istess kif kien meta giet deciza l-ewwel kawza. . . Kawzi ta' din ix-xorta fejn it-talba ta' dipendentifuq elementi ta' fatt li jistghu jvarjaw minn zmien ghal zmien huma ghal kollox soggettivi u personalizzati, u jimportaw apprezzament mit-Tribunal ta' element ta' 'bzonn' li jvarja skond l-esigenzi uc-cirkostanzi li jistghu jinbidlu minn zmien ghal zmien".

Il-ligi li tirregola l-Kera (Kap 69) ma teskludiex mid-disposizzjonijiet taghha l-kiri ta' post ta' villeggjatura. Ghalhekk "dar ta'villeggjatura ghandha tigi konsidrata, fin-nuqqas ta' eskluzjoni espressa tal-ligi, bhala li taqa' taht il-kliem "dar ta' abitazzjoni" uzati fl-art. 2 tal-Kap 69".

Fil-parti rilevanti tieghu l-Art 9(b) tal-imsemmi Kap 69 jikkontempla r-ripreza ta' pussess mil-lokatur meta hu jehtieg il-fond ghalih innifsu jew ghall-axxendent jew dixxendent tieghu mid-demm jew bi zwieg, jew ghal huh jew ohtu;

In linea ta' massima generali biex jirriprendi pussess tal-fond, kompriz allura dar ta' villeggjatura, sid il-post irid jipprova grad ragonevoli ta' bzonn biex jirriprendih ghall-oggett li ghalih ghamel it-talba. Mhux semplici xewqa jew preferenza u lanqas li jkun bzonn ivvintat jew kapriccjuz.

Il-piz tal-prova ta' dan il-bzonn hu fuq is-sid li jehtieg juri mhux biss li qed jagixxi in buona fede imma anki illi hu ghandu bzonn li jirriprendi pussess tal-fond. Anke jekk mhiex mehtiega li tigi provata necessita` assoluta pero` dejjem hu mehtieg il-prova tal-veru bzonn. Ukoll, kif ritenut, fil-kaz ta' fond ta' villeggatura, dan il-bzonn jista' jkun fi grad anqas milli fil-kazta' kirjiet ta' residenzi ordinarji.

Jinsab insenjat b'illustrazzjoni tal-bzonn illi l-fatt li familja ghandha bzonn ta' villeggjatura ghaliha jew ghall-membri tal-familja huwa bzonn ragonevolili jintitola lis-sid f'kazijiet normali u fil-maggoranza tal-istess biex jirriprendi pussess. Danjikkombacja mal-osservazzjoni illi "sid ta' post mikri li jkun uzat ghall-villeggjatura ghandu jkunpreferit ghall-inkwilin, u kwindi f'kondizzjonijiet pari, s-sid ghandu dritt jiehu l-post ghall-villeggjatura tieghu".

Biex ma jkunx hemm lok ghal din il-preferenza jenhtieg li l-kaz ikun tassew gravi u prattikament insolvibbli b'mod iehor, biex l-inkwilin, li juza l-post ghall-villeggjatura,jigi antepost ghas-sid, li genwinament ghandu bzonn il-fond, partikolarment meta jkollu bzonnu bhala residenza permanenti.

Jirrizulta li t-tribunali ma akkordawx lis-sid ir-ripreza ta' fond ta' villeggjatura meta fil-kwadru ta' cirkostanzi eccezzjonali nstab li d-dar ta' residenza ordinarjatal-inkwilin ma tikkostitwiex "suitable alternative accomodation" minghajr il-fond ta' villeggjatura.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni