eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 828/1999/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
08/07/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ZAMMIT MARTIN ET vs BALZAN JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
ZAMMIT MARTIN ET vs BALZAN JOSEPH ET - 828/1999/1 - CIVILI, PRIM AWLA, MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
ACTIO DE IN REM VERSO, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
L-actio de in rem verso hija azzjoni moghtija lil persuna f'dawk il-kazijiet fejn ma tistax titressaq azzjoni ex contractu. Din l-azzjoni hija msejha sussidjarja ghaliex ma tistax tinbeda jekk mhux wara li l-attur ikun fittex ghalxejn mod iehor lil min staghna bi hsara tieghu jew jekk ma jintweriexli ma kien hemm l-ebda azzjoni li setghet issir. Tista' titressaq ukoll fejn jintwera li jkun ghalxejn li l-attur l-ewwel jipprova jmexxi kontra d-debitur tieghu f'kaz, per ezempju, li dan ikun falla jew telaq ghal kollox mill-gurisdizzjoni;
L-azzjoni hija wkoll wahda ekwitativa. Kemm hu hekk, il-principju li jmexxi din l-ghamla ta' azzjoni huwa dak li m'huwiex xieraq li persuna tistghana bi hsara ta' haddiehor (nemo licet locupletari cum aliena iactura). Ghalhekk, il-limiti tal-azzjoni huma l-qies tal-vantagg li t-terza persuna tkun kisbet minhabba l-ispejjez minfuqa mill-parti attrici, u ghandha l-mira li terga' trodd l-ekwilibriju bejn il-patrimonju ta' min ikun staghna u dak tal-parti li tkun ghamlet jew nefqet spejjez biex dan ikun sehh. Billi din l-azzjoni ghandha l-gherqtaghha fl-istitut tal-kwazi-kuntratt, irid jintwera li l-fatt huwa wiehed lecitu u volontarju u liminnu titnissel obbligazzjoni, u li l-fatt ma jkunx sehh kontra l-projbizzjoni espressa tal-parti interessata;
Inghad ukoll li l-elementi li jsejsu l-azzjoni huma (a) li persuna kisbet jew qeghda tikseb vantagg jew utilita' minhabba li xi gid ta' haddiehor ghadda ghandha jew minhabba li xoghlijiet jew servizzi twettqu fi hwejjigha bla ma sar il-hlas ghalihom jew b'mod li gew iffrankati spejjez lill-parti li b'hekk tkun staghniet; (b) it-tnaqqis mill-gid tal-parti l-ohra b'titolu lukrattiv; (c) ir-rabta bejn it-tnaqqis tal-gid tal-parti l-wahda u z-zieda jew beneficcju tal-parti l-ohra;(d) in-nuqqas ta' raguni li tiggustifika l-arrikkiment ta' parti u l-"ftaqir" tal-parti l-ohra u (e)li min laqa' ghandu l-haga jew is-servizz staghna b'dik il-haga jew b'dak is-servizz.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta