Reference: 1137/2003

Judgement Details


Date
08/07/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CALLEJA JOSEPH PRO ET NOE vs CALLEJA VINCENT
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
SOCJETA` KUMMERCJALI, AZZJONIJIET OPPRESSIVI, INGUSTI U DISKRIMINATORJI - SOCJETA` KUMMERCJALI, PROTEZZJONI TA` AZZJONISTI MINORITARJI
Summary
L-artikolu 402 tal-Kap 386 jitkellem dwar liema huma c-cirkostanzi li fihom huwa moghti lil xi membru ta' kumpannija l-jedd li jressaq azzjoni ghall-harsien ta'azzjonist ta' kumpannija kontra pregudizzju mhux gust. L-imsemmi artikolu jispecifika li l-proponent irid ikun membru ta' kumpannija, u jispecifika li l-procedura tinbeda b'rikors. Il-ligi ma tippreskrivi l-ebda regola ohra ta' forma tal-att gudizzjarju mehtieg. Il-kelma "membru" hija mfissra bhala li tghodd fiha persuna li tista' legalment tirrapprezenta l-interessi ta' membru mejjet, persuna li tkun legittimament wirtet (b'testmentjew ab intestato) ishma fil-kumpannija u wkoll nominee licenzjat li jkollu f'ismu ishma fil-kumpannija f'isem u fl-interessi ta' persuna ohra;

L-azzjoni msemmija fl-artikolu 402 hija miruta mill-azzjoni mahsuba fl-artikolu 459 tal-Companies Act 1985 tar-Renju Unit u hija meqjusa bhala rimedju statutorju maghruf bhala l-"unfairly prejudicial remedy". Il-kliem uzat fid-dispozizzjoni relattiva tal-istatut Britanniku jixxiebah hafna ma' dak uzat fl-artikolu 402 li, madankollu, rega' gie mibdul f'dawn l-ahhar zminijiet;

Flimkien mal-kumpannija, hemm ghadd ta' persuni ohrajn li jistghu jigu intimati biex iwiegbu l-pretensjoni ta' azzjonist imgarrab.

Tali azzjoni ma hijiex azzjoni esklussiva, imma wahda li hija mahsuba ghall-ghoti ta' rimedju li jista' jkun wiehed li jindirizza l-ilment partikolari f'qaghdiet partikolari. Kif inghad "The fact that the petitioner could have brought a derivative action with respect to the alleged conduct does not preclude him seeking relief under the unfairly prejudicial provision";




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info