Reference: 775/2002/1

Judgement Details


Date
23/06/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CARUANA ALBERT DR vs CAUCHI GINO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, KRITERJI GHALL-VALUTAZZJONI TA` PUBBLIKAZZJONI - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, PUBBLIKAZZJONI TA` RAPPORT TA` DIBATTITU PARLAMENTARI - LIBELL, PUBBLIKAZZJONIJIET PRIVILEGGJATI - RAPPORTI TA` DIBATTITI PARLAMENTARI
Summary
Huwa pacifikament accettat fil-qasam tad-drittijiet tal-persuna illi l-principju regolatur, s'intendi fost drittijiet ohra, hu dak tad-dritt ghall-harsien tar-reputazzjoni personali. Reputazzjoni dintutelata kemm Kostituzzjonalment (Art 41(2)(ii) kif ukoll taht il-Konvenzjoni Ewropea (Art 10 ta' l-Ewwel Skeda tal-Kap 319) li expressis jaghmlu referenza ghall-harsien tar-"reputazzjonijiet, drittijiet u libertajiet ta' persuni ohra". Drittijiet dawn li wiehed ghandu ragonevolment jassumi li huma dawk tal-persuna umana fl-aspetti integrattivi taghhom fir-realtajiet socjali; ad exemplum, id-dritt tal-imaggini, tal-isem u tal-prestigju.

Naturalment dawn id-drittijiet individwali jridu jigu mizurati mad-dritt daqstant iehor fundamentali tal-manifestazzjoni libera tal-espressjoni, hekkukoll garantita mil-ligijiet u minn normi fuq imsemmija.

Fl-ezami ta' dawn id-drittijiet l-interpretu ghandu jtendi biex izomm bilancjament xieraq bejn l-interess individwali ghar-reputazzjoniu l-interess ghal manifestazzjoni hielsa tal-hsieb. Dan l-istess bilancjament jikkostitwixxi difatti dibattitu vivaci fil-gurisprudenza, kemm dik lokali kemm dik estera li ghaliha l-istess appellantjirrikorri bhala tema ispiratrici tal-aggravju tieghu. Gurisprudenza li, kif a propozitu gie osservat, tapprofondixxi "il-bilanc li kellu jkun hemm bejn l-interess tal-individwu li jipprotegi r-reputazzjoni professjonali u l-integrita` tal-karattru tieghu, u l-interess pubbliku li jkun informat fuqmaterji li legittimament kienu jolqtu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar materji gravi li jikkoncernaw l-opinjoni pubblika".

Dan l-aspett taz-zamma tal-proporzjonalita`, hu kombacjat mal-aspett l-iehor, ukoll zviluppat fil-gurisprudenza, illi "l-espressjoni demokaratika tinhtieg li tinghata l-aktar spazju possibbli fil-konfront ta' l-operat ta' figuri pubblici li kellhom ikunu soggettighall-iskrutinju ta' stampa hielsa, anke jekk dan ikun a skapitu ta' skonfort u nkonvenjenza ghal dawn il-persuni li lejhom tkun immirata. Kif rilevat, "fil-konfront taghhom hafna issa hu iktar tollerat minn qabel in omagg tal-principju illi d-dibattitu politiku fuq materji ta' interess kellu jinghata spazju mill-aktar wiesa' anke jekk a skapitu ta' nkonvenjenza anke gravi lill-persuni pubblicinvoluti b'konsegwenza ta' kritika harxa, wkoll kultant ingusta.

Dan premess, jidher li l-kriterji l-aktar segwiti ghall-iskop tar-rapprezentazzjoni tad-drittijiet involuti fil-materja hawn ezaminata u tad-determinazzjoni tal-fatt denunzjat mill-attur lli hassu aggravat bix-xandira huma, inter alia,

1) ir-rikostruzzjoni storika tal-fatti li f'dan il-kaz tinsab sew esposta fis-sentenza appellata u mhux il-kaz allura li terga' tigi replikata;

2) il-valutazzjoni tal-kontenut tal-pubblikazzjoni ossija x-xandira, kompriz allura f'din l-istess valutazzjoni l-accertament fil-konkret ta' xi attitudini offensiva tal-espressjonijiet u tal-kliem uzat fl-ezercizzju tad-dritt tal-kritika.

3) l-ezistenza ta' xi ezimenti mir-responsabilita` civili ghad-danni.

Hija regola dottrinali tal-materja agitata, konfermata wkoll mill-gurisprudenza, illi d-divulgazzjoni ta' ahbar permezz ta' stampat jew pubblikazzjoni hi konsiderata bhala ezercizzju lecitu tad-dritt tal-kronaka. Dan l-ezercizzju pero` jibqa' hekk lecitu sakemm jikkorrispondu u jikkonvergu fih dawn l-osservanzi principali:

1) il-verita` tal-fatti esposti rizultanti minn ricerka serja, diligenti u kompleta;

2) ir-rakkont irid ikun necessarju ghas-sodisfacentement tal-interess pubbliku li jkun mgharraf b'fatti determinati ta' rilevanza politika jew socjali;

3) il-kritika trid tkun mizmuma f'termini korretti u mizurati b'mod li ma titraxxendiex f'aggressjoni personali jew invettiva.

Din kienet kawza ta' libell fejn il-pubblikazzjoni libelluza kienet rapport ta' dibattitu parlamentari.

Il-konvenut appellant iddefenda ruhu fuq id-dispost ta' l-Artikolu 33(c) tal-Kap248 li titratta minn ezenzjoni tar-responsabilita` fil-kaz ta':

"pubblikazzjonijiet ta' rapporti bona fidi ta' dibattiti tal-Kamra tad-Deputati, kemm-il darba tkun pubblikata l-parti rilevantitad-dibattiment, u ma tigix maqbuza jew b'hazen jew bi traskuragni mbiddla jew imqassra d-difiza tal-persuna li tkun giet attakkata;"

Din il-protezzjoni, statutorjament akkordata, hi soggetta ghal kwalifika kontenuta fl-istess subinciz (c), jigifieri, "kemm il-darba tkun pubblikata l-parti rilevanti tad-dibattiment, u ma tigix maqbuza jew b'hazen jew bi tarskuragni mbiddla jew imqassra d-difiza tal-persuna li tkun giet attakkata".

Din ix-xorta ta' privilegg assolut ma huwiex estendibbli ghall-pubblikazzjoni ta' dibattitu Parlamentari f'gurnali izda biss fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet ufficcjali tal-Kamra tad-Deputati.

Gie ritenut li "Sakemm ir-rapport ikun "fair andaccurate" wiehed ma jistax jaddebita malafede lill-editur. L-istess in-nuqqas ta' pubblikazzjoni ta' parti rilevanti tad-dibattitu jista' jwassal ghall-konkluzjoni li r-rapport ma kienx fair and accurate, imma l-editur ma ghandu l-ebda obbligu li jipprokura bilanc jew li jippubblika gustifikazzjonijiet jew risposta ghall-allegata ingurja, aliunde jekk dan ma jirrizultax mid-dibattitu innifsu. Fuq kollox, u dan hu forsi l-aktar rilevanti ghall-kaz in ezami, meta l-ligi titkellem dwar li jrid jigi assigurat li ma tigix maqbuza jew b'hazen jew bi traskuragni, imbiddla jew imqassra d-difiza tal-persuna li tkun qed tigi attakkata, il-ligi qed titkellem biss fil-konfront tad-dibattitu parlamentari li qed jigi rrapurtat. Dan ifisser li l-privilegg kwalifikat jista' jintilef u l-editur u l-istampatur jesponu ruhhom ghall-azzjoni civili jew kriminali, fil-kaz fejn b'malizzja jew traskuragni jonqsu milli jirraportaw xi parti mid-dibattitu fejn il-persuna attakkata jew ingurjata tkun giet b'xi mod difiza u dana jew minn min ikun qed jaghmel l-akkuza, jew minn haddiehor fil-Kamra. Dan in-nuqqas ovvjament jikkreja zbilanc, bi pregudizzju ghal persuna li tkun giet attakkata u ingurjata, u hu ghalhekk azzjonabbli."




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info