6.38.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 116/2000/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
16/06/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MICALLEF PAUL vs MIFSUD JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MICALLEF PAUL vs MIFSUD JOHN - 116/2000/1 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), BORDIJIET
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
KAP 12; ARTIKOLU 231 - KERA; KIRJA TAL-FOND LIL TERZ
Fil-Qosor
B'rikors ipprezentat fl-20 ta' Settembru, 2000 quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera, ir-rikorrent Paul Micallef ippremetta li huwa jikri lill-intimat il-fond adebit bhala hanut numru 18, Rue D'Argens,Msida, versu l-kera ta' LM200 fis-sena, jithallas kull sena bil-quddiem, l-ahhar skadenza ghalqet fit-13 ta' Dicembru, 1999; illi l-intimat kiser il-kondizzjonijiet lokatizji billi ssulloka u/jew cedal-fond lil terzi u dana minghajr il-kunsens tas-sid; ghalhekk talab li l-Bord joghgbu jawtorizzah jirriprendi pussess tal-fond u li jiffissa lill-intimat terminu qasir u perentorju ghall-izgumbramenttieghu minnu.
Il-Bord li Jirregola l-Kera cahad it-talba (tal-intimat) maghmula.L-intimat hass ruhu aggravat bis-sentenza u ghalhekk b'rikors talab li din il-Qorti joghgobha tirrevoka s-sentenza moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera u tordna li tigi milqughha t-talba tieghu sabiex jipprezenta r-risposta ulterjuri tieghu.
Din il-Qorti tal-Appell ikkunsidrat illi kif sewwa irrileval-appellat fir-risposta tieghu, hemm impediment legittimu ghall-prosegwiment ta' dan l-appell billil-appell gie rritwalment propost in kwantu jmur kontra dak mahsub fl-Artikolu 231 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta. L-artikolu 231 citat jiddisponi hekk:-
(1) Jekk diversi kwistjonijiet f'kawza jinqatghu b'sentenzi separati, jista' jsir appell minn kull wahda minn dawk is-sentenzi wara s-sentenza finali u fiz-zmien li jmiss li jibqa' jghodd mill-jum meta tinghata l-ahhar sentenza; u f'dak l-appell ghandhom jissemmew espressament is-sentenza jew sentenzi li minnhom isir appell:
Izda appell minn dawk is-sentenzi separati jista' jsir qabel l-ahhar sentenza biss bil-permess tal-qorti moghti fil-qorti bil-miftuh; (sottolinear tal-Qorti), u din it-talba ghall-permess biex isir appell ghandha ssir jew verbalment meta tinghatha s-sentenza jew b'rikors fi zmien sitt ijiem minn dikis-sentenza.
Mill-atti processwali ma jirrizultax li l-intimat ottempera ruhu ma' din id-disposizzjoni billi la jirrizulta li saret talba dak inhar li inghatat is-sentenza u lanqas ma jidherli hemm rikors kif jinghad fl-Artikolu fuq imsemmi.
Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi li l-appell huwa irritu u null u din il-Qorti ma tistax tezamina l-meritu tal-appell. Konsegwentement tiddikjara l-appell null bl-ispejjez ghall-appellant u tirrimetti l-atti tal-kawza quddiemil-Bord li Jirregola l-Kera sabiex din tigi trattata u deciza skont il-ligi.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta