6.38.0.0
eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1828/1998/1
Download
Judgement Details
Date
19/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FOGG INSURANCE AGENCIES LTD NOE vs CARABOTT PIERRE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
FOGG INSURANCE AGENCIES LTD NOE vs CARABOTT PIERRE - 1828/1998/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
BEJGH, DIFETT FIL-KONSENJA - BEJGH, JINKLUDI L-ACCESSORJI TA` L-OGGETT MIBJUGH - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA TISTA` TITQAJJEM PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, RIMEDJU AESTIMATORJU MHIX DISPONIBBLI PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, RIMEDJU REDIBITORJU MHIX DISPONIBBLI PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, VETTURA FI STAT TA` WRECK
Summary
Huwa principju tal-ligi, ex-Artikolu 1393 tal-Kodici Civili, illi "l-haga ghandha tigi kkunsinnata fl-istat li kienet tinsab fiz-zmien tal-bejgh".
Minn dan huwa dezunt illi oltre l-obbligazzjoni li jitrasferixxi l-proprjeta` u l-pussess, kemm guridiku kif ukoll reali u 'di fatto', l-venditurghandu, b'adempiment, jikkonsenja l-haga venduta fl-istess stat li kienet fil-mument tal-ftehim. Li jfisser allura illi bejn i-zmien tal-bejgh u l-konsenja jaggrava fuq il-venditur l-obbligu tal-kustodja tal-oggett mibjugh. Dan hu sew precizat fl-Artikolu 1126(1) tal-Kodici Civili dwar l-effettita' l-obbligazzjonijiet. Fih testwalment jinghad li "fl-obbligazjoni li biha wiehed jintrabat li jaghti haga tidhol l-obbligazzjoni li jikkunsinna l-haga, u li jikkonservaha sal-kunsinna". Dan igibghal konsegwenza illi jekk l-oggett konsenjat jipprezenta alterazzjonijiet jew nuqqasijiet aktar gravi minn dawk ipotizzabbli fil-kaz ta' kustodja diligenti l-venditur jitqies responsabbli u jkollu jwiegeb ghall-inadempiment.
Ragonevolment, il-venditur huwa tenut li jikkonsenja l-oggett mibjugh flimkien mal-accessorji u l-pertinenzi kollha tieghu li kienu jezistu fil-mument tal-kuntratt. Dan johrog kjarament hafna mid-dispost tal-Artikolu 1398 tal-Kodici Civili.
Ix-xerrej ghandu dritt jirrivendika dawn l-accessorji jekk ikunu ghadhom jezistu in natura u mhux jitlob l-ekwivalenttaghhom meta hu jopta li jinsisti ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt.
Trattandosi ta' vendita` ta' "wreck" - aspett dan li ma kellu qatt jintilef di vista - certament il-kwestjoni ma kellhiex ticcentra la fuq il-kwalita` mweghda (Art 1390) u lanqas fuq il-vizzju redibitorju (Ara 1424). F'dan il-kaz la kien hemm l-wahda u lanqas l-ohra, konsiderat l-oggett vendut 'per se'. Kieku si trattava minn vizzji mohbija (u mhux ukoll apparenti kif hekk hu normalment mistenni f'kaz ta' "wreck") jew mankata kwalita` sopravvenuta derivanti minn kustodja negligenti wiehed seta' forsi jikkonsidra l-materja mill-ottika tal-precitati disposizzjonijiet b'mod allura li x-xerrej seta' anke jitlob riduzzjonifil-prezz (Ara Bianca, op cit, pagna 365). Hawn pero` m'ghandniex sitwazzjoni konsimili izda qaghda ta' inadempjenza kontrattwali. Din allura kienet taghti dritt ta' azzjoni "ex contractu" fondatafuq il-konsenja da parti tal-venditur ta' oggett li ma kienx fl-istess stat li kien jinsab fil-mument tal-bejgh, meta vizwalizzat u ezaminat mill-konvenut appellant.
Ghall-Qorti dan kollu jfisser illi l-konvenut appellant kellu x-xelta li jew jitlob ir-rizoluzzjoni tal-ftehim jew l-ezekuzzjoni tieghu fis-sens ta' talba gudizzjarja ghal konsenja tal-accessorji li hu jghid li kienu mankanti fil-mument tal-konsenja tar-"wreck". Ma jistghax allura jippretendi li jibqa' passiv, izomm ir-"wreck" fil-pussess tieghu u wkoll jippretendi minn fuq li jirrezisti t-talba ghall-hlas billi jinvoka diminuzzjoni fil-prezz.
Hemm distinzjoni netta bejn bejgh tal-kwalita` pattwita u bejgh ta' oggett li fih difetti latenti. Fil-kaz tal-ewwel tista' titqajjem "per via di eccezzione". Mhux hekkfil-kaz tat-tieni.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It