6.38.0.0
eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 628/2003
Download
Judgement Details
Date
20/05/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
MANGION ALEX vs CILIA PISANI ANTHONY NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
MANGION ALEX vs CILIA PISANI ANTHONY NOE - 628/2003 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
GURISDIZZJONI, DECIZJONIJIET TA` CLUB PRIVAT - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - INTERESS GURIDIKU, INTERESS MERAMENT MORALI - INTERESS GURIDIKU, SUSSISTENZA MATUL IL-HAJJA TAL-AZZJONI - INTERESS GURIDIKU, TALBA DIKJARATORJA
Summary
L-attur irid ikollu interess guridiku fil-prosegwiment ta' dik il-kawza, liema interess irid ikun jezisti fil-bidu tal-kawza u jipperdura tul is-smiegh tal-kawza. Ghalkemm il-kodici taghna m'ghanduxprovediment li jittrata l-htiega ta' interess, din il-htiega tista' tigi desunta mill-artikolu 236,li jitkellem fuq dritt ta' appell "minn kull min ikollu interess", u mill-artikolu 960, li jitkellemfuq l-intervent f'kawza in statu et terminis, fiz-zewg kazi, tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili.
F'dan il-kuntest, l-interess irid ikun guridiku fis-sens li dan l-interess iridikun rikonoxxut bil-ligi u l-azzjoni trid tkun preordinata ghal l-otteniment ta' rimedju protett bil-ligi. Minhabba dan ir-rikwezit, gie deciz li rimedji li jwasslu biss ghall-otteniment ta' semplicidikjarazzjoni mhux permissibli. Fis-sistema aktarx segwit mill-Qrati taghna, ghad li m'humiex projbiti domandi diretti ghall-otteniment ta' semplici dikjarazzjoni li tista' tkun pre-ordinata ghal domanda ohra definitiva jew finali, avolja din ma tkunx dedotta, jehtieg illi l-Qorti tkun perswaza illi dak ir-rimedju l'iehor jista' jinghata; jekk ir-rimedju konsegwenzjali m'huwiex ottenibbli mill-Qorti, id-dikjarazzjoni ma tinghatax.F'kaz ta' talbiet dikjaratorji, il-Qorti tista' tiehu konjizzjonitaghhom, purche' dawn ikunu pre-ordinati ghal domanda definitiva u finali, anke jekk din tkun ghadama gietx dedotta f'gudizzju.
L-interess f'min jaghmel kawza m'hemmx bzonn li jkun patrimonjali, imma jista' jkun anki morali u astratt, purche' jkun ta' natura guridika, jigifieri li jkun jikkorrispondi ghal lezjoni ta' dritt, u ghalhekk, hu bizzejjed, biex jirradika dak l-interess, anki semplici dritt onorifiku. Lanqas m'hu mehtieg li jkun hemm vjolazzjoni ta' dritt veru u propju, imma hu bizzejjed li l-ezistenza tad-dritt tkun minaccjata.
Illum hu car li l-Qorti Civili tista' tissindika l-operat ta' kwalsiasi Tribunal amministrattiv, l-ewwel nett biex tassigura li l-principita' gustizzja naturali huma osservati, u t-tieni, biex tassigura li ma kienx hemm xi enuncjazzjonihazina jew inkompleta ta' l-ipotesi tal-ligi, u dana minghajr ma tipprova b'xi mod tissostitwixxi d-diskrezzjoni taghha ghal dik il-Bord.
Il-Qorti ghandha gurisdizzjoni tissindika l-operat tal-Kumitat Ezekuttiv ta' club privat bhall-Marsa Sports Club u dan anke fid-dawl tat-tendenza moderna li l-obbligu li jigu osservati l-principji ta' gustizzja naturali hu impost "upon every one who decides anything".
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It