6.38.0.0
eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 564/1998/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
30/04/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
FARRUGIA CARMELO ET vs FARRUGIA CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
FARRUGIA CARMELO ET vs FARRUGIA CARMELO ET - 564/1998/1 - CIVILI, PRIM AWLA, MALTA
Dettalji tal-Appellati
Appellata
Iva
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, HTIEGA TA` PUSSESS MATERJALI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI - ACTIO SPOLII, MHUX DISPONIBBLI LI MIN IGAWDI B`MERA TOLLERANZA
Fil-Qosor
L-actio spolii hija radikata fuq l-esigenza ta' utilitia' socjali, intiza sabiex tkun esitiza l-protezzjoni lil kwalunkwe pussess u jigi mpedut lic-cittadin privat milli jiehu l-gustizzja f' idejh, b'dan li l-fini taghha huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun gie skonvolt jew turbat. Din l-azzjoni ghandha l-iskop li tassigura li jigi riprestinat l-ordni socjali li l-persuna li tkun vjolentement spussessata tigi qabel xejn reintegrata fil-pussess taghha. Spoliatur ante omnia restituendum. L-artikolu tal-ligi li jikkontempla din l-azzjoni huwa indubbjament ta' ordni pubbliku u huwa inerenti ghall-fatt ta' min b' awtorita' privata jghmel ghad-dannu ta' terza persuna att li, ghalkemm jista' jkollu dritt ghalih, ma jkunx jista' jesercitah minghajr l-intervent tal-Qrati.
Il-pussess li tirrikjedi l-ligi fl-ispoljat ghall-fini tal-azzjoni tar-reintegrazzjoni huwa kwalunkwe pussess materiale u di fatto. Spoll vjolent u abusiv "jikkonsisti fi kwalunkwe att arbitrarju limarte proprio jmur kontra l-persuna spoljata" u mhux permess f'azzjoni ta' spoll li tigi investigatan-natura tal-pussess ta' l-ispoljat, jekk dan kienx animo domini jew le, ghaliex il-ligi tehtieg biss pussess materjali ta' fatt.
Ghalhekk pussess qualunque, anki purament materjali u di fatto, anche qasir hafna u sahansitra momentanju huwa sufficjenti, basta' jkun univoku u ma jkunx bazatfuq mera tolleranza.
Rigward dan l-element tal-possidesse, l-gurisprudenza interpretattiva tinsejna li biex jigi sodisfatt dan l-ingredjent, l-attur ghandu jipprova b' mod konklusiv li kellu unpossesso di fatto, u mhux pussess bazat fuq xi mera tolleranza li ma kienx ikun bizzejjed biex iservi ta' fondament ghall-akkwist tal-pussess mehtieg bhala bazi ta' din l-azzjoni. Attijiet ta' semplici tolleranza ma jistghux jswew ta' fondament ghall-akkwist ta' pussess, lanqas jekk ezercitati ghal zmien immemorabbli.
Pussess derivanti minn semplici koncessjoni b'tolleranza tas-sid mhuxguridikament reintegrabbli.
It-tolleranza ma tattribwixxi ebda dritt lil parti wahda u ebdaobbligu konsegwenti u korrispettiv lill-parti l-ohra. Fil-kaz pero' tat-tolleranza, min igawdi minnha ma jkunx qieghed igawdi bid-dritt, ghaliex in-natura taghha ma taqbilx mar-rabta legali li tnissel maghha in-necessita' ta' l-adempiment.
Hu veru wkoll li t-tolleranza ma tistax taghti azzjoni ta' spoll imma dik it-tolleranza ghandha tirrizulta prima facie. Meta dik it-tolleranza tirrizulta esklusa l-eccezzjoni tan-nuqqas tal-azzjoni bbazata fuqha hija inammissibbli.
Il-kriterju biex wiehed jiddecidi dwar jekk hux kaz ta' tolleranza li x' aktarx hija tacita u prezunta, ghandhomjigu dezunti mir-rapporti ta' familjarita', ta' hbiberija, ta' bon vicinat, minn dak li komunement hu uzat li jsri f' pajjiz, u minn kondizzjonijiet simili, u mill-entita' tal-aggravju li l-att jarreka lil min jittollerah; izda l-prezunzjoni tat-tolleranza tkun inverosimili f' kaz ta' attijiet importanti u gravi. B' mod li huma atti ta' semplici tolleranza dawk li jistghu jipprokuraw certu vantagg lil min jaghmilhom, minghajr ma jikkagunaw dannu apprezzabbli li min jissubihom, u dan kwindi juri nuqqas ta' kortezija jekk jaghmel oppozizzjoni ghalihom. Imma dan ma jfissirx li biex ikun hemm tolleranza, irid bilfors ikun hemm diversi atti riptetuti, imma jibbasta anke att wiehed permanenti.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta