Referenza: 223/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
PACE JOSEPH ET vs ATTARD SALVATORE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, DEFINIZZJONI TA` KERREJ TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, REGISTRU ELETTORALI BHALA PROVA TA` RESIDENZA - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU - ONERU TAL-PROVA
Fil-Qosor
L-interpretazzjoni ta' xi tfisser "okkupazzjoni bla titolu" hi ormai wahda pacifika u ma hemmx ghalfejn tigi mtennija. Din l-espressjoni "timporta okkupazzjoni ta' fond li sa mill-bidu nett ma kienetx konsentita, okkupazzjoni li tkun saret minghajr kunsens, abuzivament bi vjolenza, b'arbitriju jewklandestinament, liema illegalita` pperdurat sal-mument li tkun giet proposta l-kawza".

Dan premess, huwa wkoll konkordi illi ghall-ezami jekk il-kjamat fil-kawza ghandux titolu validu jew le hi kompetenti l-Qorti ordinarja. Gie mbaghad osservat illi una volta l-Qorti tasal ghal konkluzjonili titolu bhal dan ikun jezisti, allura ma tibqax hekk kompetenti u f'kaz li t-titolu vantat ikun wiehed ta' lokazzjoni l-kompetenza ssir tal-Bord specjali li Jirregola l-Kera.

Ma hux dubitat li r-regola generali hi li l-"onus probandi" hu fuq min jafferma fatt u mhux fuq min jinnegah - "ei incumbit probatio qui dicit, non ei qui negat". L-attur qieghed jghid li l-fond hu detenut prekarjament mill-konvenut, u kwindi jista' jidher "prima facie" li l-piz tal-prova ta' l-allegazzjoni tieghu, dik cjoe tal-prekarjeta`, hu mixhut fuq l-attur. Izda spiss jigri illi waqt li l-kawza tkun miexja l-piz tal-prova jghaddi fuq il-parti l-ohra, ghax jista' jkun gie stabbilit fatt li juri "prima facie" li t-tezi tal-attur hi sostenuta.

Ir-Registru Elettorali jikkostitwixxi biss prova li trid tigi verifikata, li tista' tkun korroborattiva u mhux necessarjament u dejjem tkun konkluziva.

Skond id-definizzjoni moghtija mill-Kap. 69, fil-kaz ta' abitazzjoni, jitqies bhala "kerrej", meta l-kerrej originali ma jkunx halla armel jew armla, dak il-membru tal-familja li jkun joqghod mieghu jew maghha fiz-zmien tal-mewt. Din il-konvivenza mal-kerrej giet imsemmija mil-ligi mhux "ut sic", imma biex tirrendi l-kuncett li l-membru tal-familja jkun qed jippartecipa fil-godiment lokatizju tal-fond.

Huwa ghal kollox immaterjali jekk il-kerrej kienx cittadin Malti jew le fil-mument tal-mewt in kwantu l-ligi specjali applikabbli (Kap 69) ma taghmel l-ebda distinzjoni fuq daqshekk. Dan hu bl-invers ta' dak stabbilit f'ligi specjali ohra (Kap 158).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni