Referenza: 1230/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CASSAR JOSEPH NOE vs MUSCAT SUNNY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - RIKONOXXIMENT TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO
Fil-Qosor
Ma hemmx dubju illi in linea ta' principju n-nuqqas ta' ezercizzju tad-dritt da parte ta' min kien intitolat jipprogredixxi biex jikkonserva dan id-dritt bl-appozitu att gudizzjarju jgib, bl-effett tad-dekorriment taz-zmien, l-estinzjoni ta' dan id-dritt, u allura rinunzja ghall-prosegwiment tad-dritt tieghu.

Huwa principju pacifikament akkolt illi l-preskrizzjoni eccepita ghandha tkun specifikata, u l-Qorti ma tistax tissuplixxi 'ex officio' ghan-nuqqas tal-parti (Art 2111 Kodici Civili).

Il-Qorti ma tistax tezamina jekk hijiex applikabbli xi disposizzjoni ohra f'materja ta' preskrizzjoni, ghaliex gie dejjem stabbilit fil-gurisprudenza, u del resto huwa konsentaneu ghar-raguniu ghall-ispirtu fondamentali fil-materja ta' preskrizzjoni, illi dik ghandha tigi nvokata mill-parti, u ma tistax il-Qorti tara u tezamina jekk kienx hemm xi preskrizzjoni li tista' tkun applikabbli,peress illi hija materja kollha ta' kuxjenza.

Dan kollu necessarjament ifisser illi ritwalment il-gudikant ma jistax jirricerka 'ex ufficio' il-fatti kostituttivi ta' eccezzjoni ta' preskrizzjoni, hekk riservata 'ope legis' lill-parti interessata biss, jew li jassumi hu dawn l-istess fattifid-decizjoni tieghu bl-iskop li jiddikjara l-preskrizzjoni tad-dritt meta l-ebda deduzzjoni specifika ma saret f'dan is-sens mill-parti konvenuta. Xort'ohra, il-process mhux biss ikun anti-guridikuin kwantu jmur kontra disposizzjoni espressa tal-ligi izda jimporta wkoll vjolazzjoni tal-principjutal-kontradittorju, sostrat ta' kull azzjoni, in kwantu l-parti attrici ma tkunx lanqas inghatat l-opportunita` tivvaluta l-preskrizzjoni sollevata mill-Qorti fis-sentenza u ggib, skond l-ghodod procedurali konsentiti lilha, provi u sottomissjonijiet validi li kapaci jinnewtralizzaw dik l-istess preskrizzjoni.

Ir-rikonoxximent ghall-iskop tal-interruzzjoni tal-preskrizzjoni hi konfigurabblimill-ko-ezistenza ta' dawn ir-rekwiziti, jigifieri, (a) il-volontarjeta`; (b) ix-xjenza tad-debitufil-konvenut; (c) l-inekwivocita` u (d) l-esternazzjoni tar-rikonoxximent permezz ta' dikjarazzjonijiet u minn kwalunkwe fatt iehor li jimplika ammissjoni, ad exemplum, l-weghda tal-hlas, xi rikjestabiex jinghata dilazzjoni tal-pagament, u l-hlas akkont.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni